It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Affermazzjonijiet inġusti fil-konfront tal-Knisja
Opinjoni
Patri Mario Attard OFM Kap
Patri Mario Attard OFM Kap jiddeskrivi lil Patri William Axiaq OFM Kap bħala 'analist gwapp tar-realtà Maltija b’ottika u b’lingwaġġ teleskopiku'.

Mario Tabone Vassallo
'Li ma nifhimx hu, kif wieħed jista’ jkun Nisrani u jivvota favur dal-kuntratt tat-tkabbir taċ-ċentrali ta’ Delimara,' jikteb Mario Tabone Vassallo. 'Tant kien hemm ċpar f’dal-biċċa kuntratt, li għalija hekk jidher.'

Jesmond Bonello
Jesmond Bonello, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin, jikteb dwar opportunitajiet ġodda għall-mara fid-dinja tax-xogħol.

Nikol Baldacchino
Nikol Baldacchino jsostni li l-quddies u t-tqarbin jistgħu jsiru bħal Disneyland, fejn tmur mhux għax obbligat, imma għax tieħu pjaċir tmur!

Pawlu Micallef
Pawlu Micallef issellem lil Peppi Gellel, li mar jiltaqa' mal-Mulej dil-ġimgħa. Peppi, Vittoriosan bħal Pawlu, fil-21 ta' Awwissu li ġej kien se jagħlaq 105 snin.

spacer
Il-komiks f'Malta. karriera diffiċli iżda tagħti frott sabiħ
24 ta'Ottubru 2009

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, f’Malta se ssir l ewwel konferenza nazzjonali dwar il-komiks, imtella mill-assoċjazzjoni Wicked Comics. Stefan Cachia tkellem ma’ Chris Galea dwar il-komiks f’Malta u din il-konferenza

Il-komiks... kemm huma popolari f’Malta?
Għalkemm il-komiks ilhom jeżistu fil-gżejjer Maltin, naħseb il-popolarità tagħhom splodiet f’dawn l-aħħar 5 - 10 snin.

Fil-fatt meta ssemmi l-kelma komik, moħħ il-maġġoranza tal-Maltin imur fuq komiks magħmulin primarjament għat-tfal bħal ngħidu aħna Beano, Dandy, u Topper. X’aktarx għax dawn kienu l-komiks li sa ftit snin ilu kienu jinstabu b’mod faċli fil-gżejjer Maltin.

Madankollu, komiks oħrajn, bħal dawk tas-super eroj maħruġa minn Marvel u DC Comics (żewġ kumpaniji popolarissimi tal-komiks) kienu jeżistu wkoll.
Ta’ min jgħid li llum f’Malta hawn kollezzjonisti li għandhom kollezzjoni kbira immens. Apparti, hekk jekk wieħed jinnota x’qed jiġri fuq skala mondjali jirrealizza li fl-aħħar għaxar snin il-popolarità tal-komiks żdiedet fid-dinja kollha, u dan hu rifless f’pajjiżna ukoll.

Raġuni għal dan hi l-importanza li Hollywood qed jagħti lil dan is-settur meta rajna ammont kbir ta’ komiks maqlubin għal film, bħal Watchmen, V for Vendetta (ta’ David Lloyd, li se jkun preżenti fil-konvenzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa d-dieħla), Wanted, Spiderman, Batman, The Hulk, Push u Ghost Rider.

Ta’ min jgħid ukoll li f’Malta jinsab wieħed mill-ikbar ħwienet tal-komiks fl-Ewropa, il-Malta Comics, li bħala stokk iħabbatha sew ma’ Forbidden Planet ta’ Londra.

X’inhi Wicked Comics?
Wicked Comics hi għaqda li taħdem b’mod volontarju bil-għan li tippromwovi l-kultura tal-komiks u affarjiet relatati magħha bħal films u logħol tal-vidjow f’pajjiżna u barra minn Malta. Hi għaqda żgħira mmexxija minn tijm ta’ sitt persuni, waqt li bosta persuni oħrajn, fosthom ħafna artisti lokali, huma involuti fl-organizzazzjoni tal-Wicked Comics.

Wicked Comics twaqqfet fl-2005 bl-iskop li tgħaqqad bosta artisti lokali u tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex ix-xena tal-komiks f’Malta tinbet u tissaħħaħ. L-ewwel attività tagħha kienet il-Big Bang, konvenzjoni fuq skala żgħira mtella’ fuq inzjattiva ta’ Chris Gatt, Direttur ta’ St James Cavalier). Minn din il-konvenzjoni ħarget Wicked Comics.

Il-Big Bang uriet b’mod ċar li f’pajjiżna hawn interess kbir f’dan is-settur, u li bosta artsti lokali għandhom talent li mhux ta’ minn  jarmih. Il-membri ta’ Wicked Comics għarfu dan, u qed jagħmlu ħilitom biex jgħinu lill-artisti lokali jiżviluppaw it-talenti tagħhom bil-għan li iktar ’il quddiem joħorġu serje ta’ komiks Maltin u oriġinali.

L-Għaqda għenet ukoll lil diversi artisti biex jippubblikaw il-materjal tagħhom fuq żewġ magażins, Manic u Replay, kif ukoll fuq is-sit tal-internet ta’ Virus. Barra hekk, bosta artisti lokali ngħataw iċ-ċans jidhru fuq il-programm tat televizjoni Virus, li kien jippromwovi l-arti u l-kultura.

Għal din is-sena l-avveniment ewlieni se jkun il-Konvenzjoni. Qatt ma ttellgħet attività ta’ dan it-tip f’pajjiżna u aħna kunfidenti li din se tkun l-ewwel minn sensiela annwali li tikber maż-żmien. Din is-sena qed nippjanaw li nippubblikaw l-ewwel graphic novels magħmula minn artisti lokali.
Bħala organiku, Wicked Comics dejjem qed tikber bil-mod il-mod, u l-membri huma sodisfatti bil-progress li qed nagħmlu u ninsabu kunfidenti li nkomplu nilħqu l-għanijiet tagħna minkejja l-isfidi li qed niffaċċjaw.

Taħseb li jeżisti suq għall-komiks lokali f’Malta?
Għalkemm Malta hi gżira żgħira, aħna ċerti li hawn suq għal komiks lokali f’pajjiżna. Fil-fatt, l-għaqda tal-Komiks tas-Sikkina diġà qed jippubblikaw xi komiks bil-Malti u jidher li dawn qed jintlaqgħu tajjeb mal-pubbliku lokali.
Il-membri tal-Wicked Comics jemmnu li ġaladarba l-livell tal-komiks ikun għoli, is-suq jirrispondi b’mod pożittiv. Madankollu nemmnu u nittamaw li l-artisti lokali jagħmlu xogħol li jiġi apprezzat mhux biss f’pajjiżna iżda mad-dinja kollha.

X’inhuwa l-ġeneru ta’ komiks l-iżjed popolari fil-gżejjer Maltin?
Tant hawn ġeneri diversi ta’ komiks li difffiċli tgħid liema huma l-iktar popolari f’pajjiżna. Imma jidher li t-tema tas-super eroj, li hi popolari mad-dinja kollha, għandha importanza kbira anki f’pajjiżna.

Il-ġeneru tal-orrur fil-komiks ukoll hu popolari u t-temi ta’ vampiri u zombies dejjem jinżlu tajjeb mal-udjenza lokali. Meta wieħed jitkellem fuq  ġeneri, ma jistax ma jsemmix ukoll l-influwenza qawwija li għandu l-istil orjientali tal-Manga.

Xi kwalitàjiet għandu jkollu kartunist?
Kartunist ġeneralment hu bniedem b’sens qawwi ta’ umoriżmu u juża dan biex jikkritika jew jiżżufjetta b’temi ġenerali. Ħafna drabi, dawn in-nies ikunu nies b’talent fit-tpinġija u jkunu jinqalgħu għall-karikaturi. Però dan it-talent irid ikun imsaħħaħ b’intelliġenza u b’għarfien ta’ x’qed jiġri.

Spiss il-kartunist jinqeda b’dan il-medju biex jgħaddi messaġġ. Ta’ min jgħid li fil-qasam tal-komiks, wieħed jinnota li ħafna mill-artisti huma nies umli ħafna u approachable għall-aħħar.

X’iħeġġeġ lil individwu jsir kartunist? U f’Malta, kemm hu faċli tagħżel din ‘il-karriera’?
Bħal kull karriera oħra, biex wieħed jidħol f’dan il-qasam irid ikollu sejħa. Ġeneralment il-kartunist ikun bniedem inklinat lejn l-arti. Hemm żewġ tipi ta’ persuni: il-kittieb u dak li jpinġi u jagħti l-kulur. Jista’ jagħti l-fatt li persuna tkun kapaċi tagħmel dan kollu waħidha, però ħafna drabi, biex isir proġett ikun hemm kollaborazzjoni ta’ diversi artisti. Normalment, wieħed jispira ruħu minn xogħol li jkun għamel ħaddiehor u jħoss is-sejħa biex  jagħmel xogħol hu wkoll.

F’Malta, it-triq hi diffiċili l-iktar għax l-arti u l-kultura ma jingħatawx l-importanza li jistħoqqilhom. Sfortunatament, ħafna ġenituri, minflok jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom, ikunu l-ewwel persuni li jippruvaw jaqtgħu qalb uliedhom ħalli ma jkomplux dan il-qasam. Għalkemm hi ħaġa tajba li wieħed jikber b’mod akkademiku, ħadd m’għandu qatt jaqta’ qalb xi ħadd li jkollu talent artistiku.

Veru li hi karriera diffiċli, iżda jekk ikollok it-talent neċessarju taf tkun karriera li tagħti frott sabiħ ħafna… u Wicked Comics tagħmel minn kollox biex tgħin l-artisti jirrispondu għas-sejħa tagħhom.

X’jinfluwenza lill-kartunist?
Hemm ħafna fatturi li jinfluwenzaw lill-artist, u dawn jinkludu esperjenzi ġenerali kif ukoll personali. Ma’ dan, wieħed irid iżid l-influwenza kbira li tħalli kull forma ta’ arti. Per eżempju, wieħed jinnota li l-komiks huma marbutin ħafna mal-films, mal-logħob tal-vidjow, mal-collectibles u mal-kostumi. Hija xena diversa u kull qasam f’din ix-xena ġġib l-influwenzi tagħha minn forom oħra ta’ arti u kultura, kif ukoll tħalli l-influwenza tagħha.

Il-Konvenzjoni... x’wassal lil Wicked Comics biex torganizzaha? Għal min hi?
Il-Konvenzjoni se ssir is-Sibt 31 ta’ Ottubru u l-Ħadd, 1 ta’ Novembru, f’St James Cavalier il-Belt, bejn l-10am u s-6pm. Se jattendu artisti ta’ fama mondjali, li jinkludu lil David Lloyd, Mike Collins, Tim Perkins, Warren Pleece u Sean Azzopardi, flimkien ma’ ħafna artisti lokali.

Matul il-jumejn tal-Konvenzjoni se jintwerew films relatati mal-ġeneru tal-komiks, kif ukoll ikun hemm taħditiet u workshops. Biex inżidu mal-atmosfera, in-nies huma mħajrin jiġu liebsa bil-kostumi kemm ta’ Halloween kif ukoll ta’ karattri minn komiks, films u logħob tal-vidjow.
Il-Konvenzjoni hi mmirata għal dawk kollha li jħaddnu l-kultura tal-komiks u affarijiet relatati. Matul il-Konvenzjoni se jkun hemm avvenimenti diversi li jappellaw għal kull ġeneru ta’ nies. B’mod speċjali nħeġġu lill-familji biex jattendu, għax din hi okkażjoni biex it-tfal jiddevertu u jitgħallmu fl-istess ħin. Info: www.maltacomic-con.com
 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
Name
E-Mail
Comment:
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre