|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Merħba Santità Tony Zarb Tony Zarb isostni li wara li l-Gvern daħaq bil-ħaddiema tat-Tarzna, issa jista’ ma jżommx kelmtu mal-kumplament tal-ħaddiema. Mario Tabone Vassallo Ma jistax ikun li ma tweġġax tara l-burraxka mqanqla kontra l-Knisja, jgħid Mario Tabone Vassallo. Iżda, isostni, il-Knisja għandha tort ukoll. Dr Lawrence Gonzi Il-Prim Ministru jsostni f'diskors li għamel li l-identità ta’ pajjiż ma hix formola astratta, u lanqas ma hi burdata storika li tiġi u tmur. Hi proċess kumpless u twil. Dr Jason Azzopardi Iż-żjara tal-Papa fostna għandha sservi bħala tifkira għall-ġenerazzjonijiet kollha, li fl-identità storika, kulturali u reliġjuża tagħna, hemm il-kredenzjali l-iżjed importanti bħala nazzjon - bħala stat sovran, jgħid Dr Jason Azzopardi. |
![]() |
Paul Grech Real Mallorca: minkejja li spiċċaw f'pożizzjoni tajba fil-kampjonat Spanjol, ma jistgħux jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Daqshekk Moviola Waħda mit-tradizzjonijiet tal-futbol Taljan mhux se tkun magħna meta jibda l-istaġun li ġej. Ir-Rai ħabbar li minn din is-sena mhux se tintwera l-famuża moviola matul il-programmi tagħha. Deċiżjoni kuraġġuża fejn l-għan dikjarat huwa dak li dawn il-programmi jitkellmu dwar il-futbol, mhux jippruvaw jikkastigaw ir-referees għal xi żbalji li dawn ikunu għamlu. Minflok il-moviola, huma se jiddiskutu biss tliet azzjonijiet kontroversjali u dan se jagħmluh grazzi għall-għajnuna ta' grupp ta' referees li se jipprovaw jispjegaw dak li jkun ġara permezz tar-regolamenti. Diffiċli tikkummenta f'dan il-punt, għaliex diffiċli timmaġina programm Taljan mingħajr il-moviola. Biss, fihom ħafna verità l-kummenti tal-President tal-Palermo, Mauro Zamparini, li stqarr: “Jien mill-moviola ma jinteressani xejn, imma jekk ir-Rai qal daqshekk, se tagħmel kuntenti l-kompetituri tagħha.”
Daqshekk Vuvużela Ma’ kull ġurnata, il-lista ta' klabbs li qed jipprojbixxu li l-vuvużela tindaqq fil-grawnds tagħhom qed tiżdied. L-ewwel li għamlu dan fl-Ingilterra kienu Whyteleafe, tim tar-Ryman Division One South, imma minn dak iż-żmien s'issa kienu ħafna l-klabbs il-kbar li segwew l-eżempju tagħhom, fosthom Tottenham u Liverpool. Is-sitwazzjoni hija kemmxejn differenti minn dik ta' xahar ilu fejn l-attitudni tal-klabbs kienet li dan l-istrument seta’ jkun xi ħaġa li minn fuqha jistgħu jagħmlu l-qligħ. Kien dan il-ħsieb ta’ Celtic meta bdew ibiegħu l-verżjoni uffiċjali tal-vuvużela tal-klabb. Ir-raġuni uffiċjali mogħtija għal dawn id-deċiżjonijiet ġeneralment iddur madwar il-possibilità li dan l-istument joħloq problemi fis-smigħ. Skond riċerkaturi tal-London School of Hygiene and Tropical Medicine, il-vuvużela taf tkun mezz biex jinfirxu l-mikrobi, filwaqt li West Ham saħqu li din taf tintuża bħala arma. Il-fatt li l-ħsejjes tal-vuvużela tant dejqu lill-udjenzi tat-televiżjoni matul it-Tazza tad-Dinja u l-ħerqa li dan ma jirrepetix ruħu matul il-kampjonat, xi ftit tal-effett probabbilment kellu wkoll.
Ta’ Real Mallorca sar l-iktar klabb riċenti – u ċertament l-ikbar wieħed – li ra t-tamiet tiegħu li jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej imwaqqfa minħabba l-finanzi. Il-UEFA ddeċidiet li tirrifjuta l-applikazzjoni tagħhom għal-liċenzja fejn ippuntaw lejn id-diffikultà li l-klabb kellu biex jagħti l-garanziji finanzjarji mitlubin. Minkejja li spiċċaw fl-aħjar pożizjoni tagħhom fil-kampjonat Spanjol għal dawn l-aħħar disa' snin, Mallorca spiċċaw jiġu amministrati minn kumpanija tal-awdituri bit-tama li jirnexxilhom inaqqsu l-muntanja ta' dejn li huma għandhom. B'hekk huma ngħaqdu ma’ Portsmouth, Derry u Cork City bħala klabbs li ġew esklużi mill-Ewropa. Il-fatt li dan seħħ fl-Europa League probabbilment mhux se jdejjaqhom daqshekk. Il-benefiċċji finanzjarji li huma jikkompetu f'din huma ferm inqas minn dawk li hemm fiċ-Champions League. Infatti, sinjal tan-nuqqas ta' importanza li għandha din il-kompetizzjoni, għallinqas fir-rawnds inizjali, jasal min-numru ta' klabbs li jagħżlu li jużaw plejers riżervi f'dawn il-logħbiet. Iżda dawn l-esklużjonijiet iġorru magħhom messaġġ importanti, wieħed li jwissi lill-klabbs biex ma jonfqux iktar milli jifilħu. Kemm huma se jagħtu kasu, però, hija kwistjoni kompletament differenti. « Ta' Qabel: Mhux kemm għandek jgħodd. . . There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


