|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Kulħadd jgħid li jrid, u kif irid? Mario Tabone Vassallo 'Dad-dellijiet ireżżħuni, ixoqquli għadmi, meta neħtieġ dawl saħħani. Dawn dellijiet li jafu jkarkru sa mewt kerha,' jgħid Mario Tabone Vassallo. Dr Joseph Cassar Dr Joseph Cassar MP jikteb dwar il-bżonn li nnaqqsu l-ammont ta' melħ li nagħmlu fl-ikel tagħna. Gejtu Vella Gejtu Vella jikteb dwar storja fl-ewwel paġna ta' L-Orizzont, li fil-fehma tiegħu, kienet biss ħlieqa. |
![]() |
13 ta'Marzu 2010 ‘Malta out of recession’, kien it-titlu fl-ewwel paġna ta’ ġurnal ewlieni bl-Ingliż dil-ġimgħa. Jalla, ngħidu aħna! Id-deni ħadd ma jieħu gost bih, kif bil-ġid li jiġġenera l-pajjiż igawdi bih kulħadd, il-poplu kollu. L-affermazzjoni dwar ir-reċessjoni għamilha l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha saħaq li l-investiment qawwi li sar fi proġetti kapitali u fl-ekonomija fl-aħħar kwart tas-sena għamel dan possibbli. Ċifri ppubblikati dil-ġimgħa stess juru li f’termini reali, il-Prodott Gross Domestiku fl-aħħar tlett xhur tas-sena l-oħra kiber b’0.5 fil-mija. “Il-fatt li Malta issa ħarġet mir-reċessjoni jagħti prova li l-istrateġija tal-Gvern tat ir-riżultati mixtieqa,” qal il-Prim Ministru. Nixtiequ sinċerament nemmnu l-istatistika u nsostnu mal-Prim Ministru li l-affarijiet sejrin għall-aħjar. Nemmnu li rridu nkunu pożittivi u nuru fiduċja fil-potenzjal tan-nazzjon u l-ħaddiem Malti biex jimxi ’l quddiem, minkejja kollox. Imma mbagħad ma nistgħux ma niftakrux f’dawk li ilhom xhur, jekk mhux snin ukoll, ifittxu impjieg. Mhux qed nirreferu għal dawk li b’għażla tagħhom ma jridux jaħdmu, imma pjuttost għal dawk li minħabba fatturi u kundizzjonijiet diversi, sinċerament qed isibuha diffiċli isibu xogħol. Jiġuna wkoll f’moħħna dawk li bħalissa huma msallba b’kontijiet ta’ servizzi essenzjali li ma jistgħux jgħaddu mingħajrhom. Jiġuna wkoll f’moħħna dawk l-intrapriżi żgħar li qed jippruvaw isalvaw, minkejja kollox. Wieħed ma jista’ ma japprezzax, biex inkunu ġusti, l-għajnuna li l-Istat qed jagħti lil dawn, imma għal ħafna minnhom it-triq tibqa’ waħda iebsa. Jekk tassew Malta ħarġet mir-reċessjoni, kif sostna l-Prim Ministru, fiċ-ċirkostanzi jagħmel tajjeb il-Gvern li jiffoka aktar fuq dawk li qed ibatu u joffri aktar għajnuna konkreta biex kemm jista’ jkun itaffi l-piż li ħafna minnhom, mhux tort tagħhom, qed iġorru. « Ta' Qabel: Kulħadd jgħid li jrid, u kif irid? There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


