It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Editorjal: F'isem liema libertà?
Opinjoni
Grace Attard
'Il-vjolenza domestika sew psikoloġika, emozzjonali jew fiżika tmur kontra d-dritt fundamental tal-bniedem għall-ħajja u dritt ta’ sikurezza b’mod partikolari fil-familja.' Grace Attard, President Tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, tikteb dwar din il-pjaga fis-soċjetà.

Mario Tabone Vassallo
'Il-Knisja Kattolika jinħtiġilha tikkomunika aħjar, bl-umiltà li dejjem wera Kristu, li sawwat biss fit-tempju.' Mario Tabone Vassallo jikteb dwar dibattitu li seħħ dan     l-aħħar dwar jekk il-Knisja Kattolika 'is a force for good in the world'.

John Bencini
John Bencini, il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT), jikteb dwar 90 sena ta' ħidma tal-Unjin tiegħu b'risq l-għalliema u l-istudenti b'mod ġenerali.

Dr Stefan Buontempo MP
  Dr Stefan Buontempo jikteb dwar attività li se ssir illejla fiż-Żurrieq.

spacer
Interessi: ibsin... u kif!
Fr John Avellino
6 ta'Marzu 2010

Editorjal 1

Interessi: ibsin... u kif!

Hu inkwetanti fil-fehma tagħna, u sa ċertu punt inġust, li l-Gvern, jew aktar preċiż l-aġenziji jew dipartimenti tiegħu, jitolbu interessi ta’ sitta, disgħa fil-mija, meta ċittadini jitolbu li jagħmlu kuntratt u jħallsu l-kontijiet tagħhom bin-nifs.

F’ħafna mill-każi, dawn l-interessi qed ikunu aktar għoljin minn dawk li jitolbu l-banek kummerċjali fuq self. Biex ma nsemmux ukoll il-famużi multi li xi dipartimenti jitolbu biex jippenalizzaw lil dawk li ma żammewx l-impenn finanzjarju tagħhom.

Ħa nagħmlu, qabel xejn, premessa importanti biex ma niftehmux ħażin. Hu sewwa u ġust li kulħadd iħallas it-taxxa mistennija minnu, possibbilment fil-ħin, kif titlob il-liġi. Xejn ma jista’ jiġġustifika li xi ħadd jipprova jevita l-ħlas tat-taxxa.

Ngħidu dan għax aħna bħala ċittadini fil-verità nistennew ħafna mill-Gvern għal dawk li huma servizzi varji li joffri l-Istat – kif għandu jkun, wara kollox. Kif nistennew li jkollna b'mod regolari u effiċjenti dawk is-servizzi neċessarji li korporazzjonijiet bħall-Enemalta u l-Water Services Corporation joffru liċ-ċittadin.

Imma mbagħad mhux l-ewwel darba li nkunu tqal u nilmentaw meta niġu biex nagħtu l-kontribut tagħna lill-Istat f'forma ta' taxxa diretta, jew biex inħallsu l-kontijiet tas-servizzi li nirċievu. Hu ġust ukoll, jidhrilna aħna, li l-Gvern ikollu sistema li tiffunzjona li tiżgura li kulħadd iħallas is-sehem tiegħu. Il-poplu Malti jrid jifhem, darba għal dejjem, li l-Gvern ma jistax ‘iqassam’... jekk il-Kaxxa ma tkunx sostnuta regolarment mill-kontribuzzjonijiet taċ-ċittadin.

Imma waqt li ngħidu dan kollu, fl-istess waqt ikollna nuru t-tħassib tagħna quddiem il-prassi li hi fis-seħħ bħalissa, fejn klijenti li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet tagħhom, jintalbu interessi ta’ 0.75 fix-xahar, jew aħjar ta’ 9 fil-mija fis-sena, fil-każ tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u bejn tlieta u sitta fil-mija fil-każ tal-ARMS Ltd, il-kumpanija l-ġdida li nħolqot bejn il-WSC u l-Enemalta, li għandha l-inkarigu li tiġbor dak li jkun dovut liż-żewġ Korporazzjonijiet tal-Istat.

Irid jingħad għall-korrettezza li meta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jirrifondi ħlasijiet li jkunu tħallsu żejda, jagħmel dan b’interessi ta’ 9 fil-mija wkoll, jekk ma jirrispettax iż-żmien stipulat mil-Liġi.

Imma lkoll naqblu li l-iebes hu meta persuna tkun f’qagħda mwiegħra, tkun waqgħet lura fil-ħlasijiet tagħha, u trid u ma tridx, trid tħallas it-taxxa. Jekk tonqos li tagħmel dan, jibdew jiżdiedu l-interessi, u konsegwentement is-somma tikber u tikber, sakemm ma tkunx tiflaħ tlaħħaq magħha.

Biex ikun evitat li jinħolqu sitwazzjonijiet diffiċli għal xi wħud mill-familji tagħna, nixtiequ fiċ-ċirkostanzi nissuġġerixxu li l-Gvern jikkunsidra ħlas inqas ta’ interessi fuq pagamenti pendenti, kemm fil-każ tal-ARMS, kif ukoll fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Nerġgħu ntennu: mhux sew li min hu diġà mgħaffeġ, inkomplu ngħaffġuh u nkissruh. Mhux ta’ b’xejn li ħafna jkunu dawk li quddiem sitwazzjoni ta’ disprezz, qed jispiċċaw jirrikorru għas-self ta’ flus fuq l-idejn, b’interessi għoljin – jew aħjar bl-użura.

Fl-istess waqt, ikun tajjeb li d-Dipartimenti u l-Korporazzjonijiet interessati jagħmlu kampanja ta’ edukazzjoni biex tkompli titkattar il-kultura ċivili fost iċ-ċittadin, li biex tirċievi mill-Istat, trid tagħti l-kontribuzzjoni tiegħek u tħallas għas-servizzi li tingħata. Din, jidhrilna, hi nieqsa, jew aħjar, hi skarsa.

Kelma tal-aħħar: jagħmlu tajjeb il-Ministri u Segretarji Parlamentari li jkunu aktar prudenti u attenti f’dak li jgħidu fil-pubbliku. Li toħroġ tgħid li ‘sitta fil-mija interessi hu soċjalment aċċettabbli’ hu, fil-fehma tagħna, nuqqas ta’ sensibbiltà quddiem il-problemi tanġibbli ta’ ċerti ċittadini u familji li bħalissa qegħdin ibatu minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u kontijiet oħra li bħalissa qed jirċievu.
 

Editorjal 2

 

Ġurnalisti f’tensjoni bejniethom

Ikollna nistqarru li jdejjaqna t-titlu ta’ dan it-tieni editorjal, imma sfortunatament sa ċertu punt jiddeskrivi sitwazzjoni antipatika li nħolqot bejnietna, jew bejn xi wħud minna, li tweġġa’ u tinkwieta lil dawk li jħobbu u jgħożżu l-professjoni tal-ġurnalist.

Hi ħasra, verament ħasra, li dawk li xogħolhom hu li jinvestigaw l-aħbar u l-verità, u jinfurmaw lill-poplu biex joħolqu kuxjenza pubblika dwar problemi li jmissu liċ-ċittadin, illum qegħdin jispiċċaw f’ħalq iċ-ċittadin.

Dan l-aħħar kellna ġurnalisti u opinjonisti li b’kitbiethom attakkaw ġurnalisti u opinjonisti oħra kollegi tagħhom. Kellna ġurnalisti li ħadu pożizzjoni ma’ naħa jew ma’ oħra, anki jekk irridu nammettu li hu ta’ swied il-qalb li nitkellmu dwar ‘naħat’.

M’għandna xejn kontra li argument li wieħed ikun għamel jew ittratta f’artiklu, jispiċċa kkritikat. Wara kollox, kif hu magħruf minn kulħadd, dak li wieħed jikteb, jispiċċa pubbliku, u allura suġġett għall-kritika. Imma mhux sewwa li wieħed jattakka l-persuna, jew xi aspett tagħha. Dan sempliċiment mhux aċċettabbli.

Ikun tajjeb, għall-kuntrarju, li bejnietna jkun hemm aktar rispett reċiproku, kif dejjem kien hemm s’issa, wara kollox. Tajjeb li nibżgħu aktar għal xulxin, u waqt li nsostnu r-responsabbiltà tagħna li nwasslu lill-pubbliku dak li fil-ġudizzju tagħna jista’ jkollu valur ta’ aħbar, nagħmlu dan bid-dinjità li kull persuna, hi min hi, jixirqilha. Mhux inqas ġurnalisti kollegi tagħna! 
 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre