|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
In-numru hu iżjed importanti mid-drittijiet tal-bniedem? Dr Stefan Buontempo MP Aktar ma nieħdu ħsieb inrawmu l-festi tagħna b’attenzjoni, aktar inkunu qed inwittu t-triq għal ġejjieni aħjar fejn mhux biss il-festi ma jaqgħux lura, imma jkomplu jissaħħu u jserrħulna rasna li l-poplu tagħna se jibqa’ jifraħ f’għaqda sħiħa fil-ħarsien ta’ l-identità tagħna. Patri Mario Attard OFM Kap Tiziana Rocca hija omm b’saqajha mal-art għax għażlet lill-Mulej u l-valuri tiegħu bħala s-sisien ta’ ħajjitha u ħajjet il-familja tagħha. Maġistrat Joe Cassar Il-Maġistrat Joe Cassar jaqsam mal-qarrejja aktar kotba li qara dan l-aħħar. |
![]() |
Fr John Avellino 6 ta'Frar 2010Ħadd ma jiddubita l-qawwa tal-ġurnaliżmu, jew aħjar, tal-ġurnalist. Naqblu lkoll li l-ġurnalist għandu rwol importanti fis-soċjetà biex iwassal l-aħbar lill-pubbliku li jirrispettah, u konsegwentament, fit-tisħib tad-demokrazija fil-pajjiż. Il-ġurnalist ta’ stoffa jħoss li għandu jirriċerka, ifittex u bl-għaqal li titlob il-professjoni, jasal għall-verità, u jara li jwassalha bl-aktar mod oġġettiv lill-qarrejja, jew semmiegħa tiegħu. Wieħed jifhem li hemm ġurnaliżmu, u ġurnaliżmu. Aħna bħala gazzetta online ninsistu li għandu jkun hemm differenza sagrosanta bejn il-fatti u l-analiżi, jew aħjar, il-fatti marbuta mal-aħbar, u l-kummenti dwar il-fatti. Nippreferu dan it-tip ta’ ġurnaliżmu għax nemmnu bis-sħiħ li l-ġurnalist għandu jirrispetta tassew l-intelliġenza tal-qarrej, jew tal-udjenza tiegħu. Xogħlu hu li jwassal il-fatti. Wieħed jifhem li anki f’dan l-eżerċizzju, il-ġurnalist ma jistax ma jarax l-affarijiet mil-lenti tiegħu. Madankollu spetta mbagħad għall-qarrej li jixtar il-fatti, jagħrbilhom, u jgħaddi l-ġudizzju tiegħu. Dak li jingħad għall-ġurnaliżmu stampat, fil-fehma tagħna jgħodd mhux inqas għall-ġurnaliżmu online, kif ukoll għall-użu divers li jsir mill-internet biex nikkommunikaw ma’ ħaddieħor. Naqblu lkoll li l-internet illum hu mezz straordinarju li ġieb il-popli flimkien, li għaqqad id-dinja, u verament għamilha dak li l-Kanadiż Marshall McLuhan kien sejjaħ ‘il-villaġġ globali’ – tassew a world wide web - www. Illum sirna kważi dipendenti minnu, ma ngħaddux mingħajru, sirna nikkommunikaw f’temp ta’ ftit sekondi. Permezz tiegħu għandna aċċess għal minjiera ta’ informazzjoni, dwar kull suġġett u materja. Qed niktbu dan kollu għaliex fatti li seħħew dan l-aħħar jinkwetawna, u jġegħluna nistaqsu jekk dan il-mezz tant importanti għandux jintuża bla rażan, u b’libertà assoluta. Ħa nagħmlu żewġ punti importanti biex nispjegaw ruħna: L-ewwel, b’dak li qed ngħidu, ma rridu bl-ebda mod nidhru li qed insostnu li aħna favur xi forma ta’ kontroll fuq il-libertà tal-espressjoni fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Assolutament mhux il-każ. Nemmnu li kull ġurnalist għandu jkollu l-libertà li jirriċerka u jikteb dwar kull suġġett li hu jħoss jista’ jkun ta’ interess pubbliku, aktar u aktar meta jkun qed jistħarreġ dwar persuni pubbliċi, li l-kariga tagħhom titlob minnhom ċerta mġiba. Dan qed ngħiduh għaliex sfortunatament spiss qed jiġri li l-Kodiċi ta’ Etika li jorbot lil ċerti uffiċjali pubbliċi f’pajjiżna mhux dejjem qed ikun rispettat. U allura li tirriċerka u tinvestiga hu dritt ta’ kull ġurnalist, sakemm s’intendi jkunu mħarsa n-normi bażiċi tar-rispett lejn l-oħrajn, l-aktar lejn dawk li dwarhom niktbu. Biex nagħtu eżempju, hu ġust li ġurnalist jagħmel għadd ta’ allegazzjonijiet fil-konfront ta’ persuni, pubbliċi u mhux, li mbagħad jirriżultaw mhux fondati? Sitwazzjoni bħal din tista’ tikkundanna persuna għal għomorha, u f’soċjetà magħluqa bħalma hi dik ta’ pajjiżna, dan jista’ jkisser il-persuna għal ħajtu. Dan mhux aċċettabbli, almenu fil-fehma tagħna! Mhux ġust li jixxandru affarijiet mhux fondati. Il-ġurnalist li jgħid affarijiet li hu jaf li mhux fondati, ikun qed jonqos etikament. Hemm imbagħad l-aspett legali. Donnu mhux ċar, anki f’fora legali, jekk dan il-mezz ta’ informazzjoni, jiġifieri l-internet, jaqax taħt il-liġijiet tal-pajjiż. Opinjonista li kitbet dwar l-internet dil-ġimgħa semmiet l-artiklu tagħha ‘Free for all on the Internet’. Imma hu hekk tassew, nistaqsu? Jew aħjar, għandu jkun hekk? Jekk hu veru li teżisti loop hole legali għal dak li hu internet, forsi jkun tajjeb li jkun hemm xi forma ta’ leġislazzjoni fuq skala ta' liġi internazzjonali li tkun ta’ tutela għal dawk li jispiċċaw vittma tal-internet. Mhux ġust, dejjem fil-fehma tagħna, li wieħed jikteb li jrid, u jippubblika ritratti ta’ terzi persuni fuq l-internet, mingħajr l-approvazzjoni tagħhom. Ngħidu dan waqt li bla tlaqliq insostnu li kull aġir irresponsabbli minn persuni b'karigi pubbliċi hu inaċċettabbli. Jidhrilna li dan li qed ngħidu hu diskors validu, li għandu jkun diskuss b’mod razzjonali, u b’oġġettività, biex waqt li jkun sostnut, kif inhu sewwa, id-dritt ta’ dak li jkun li jgħid u jikteb li jrid, dan fl-istess waqt isir fil-parametri tad-diċenzja pubblika, fis-sens wiesgħa tal-kelma, u tar-rispett indiskuttibbli u dejjiemi tal-persuna umana!
There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


