It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Il-passjoni tal-Knisja
Opinjoni
Gejtu Vella
Il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’kull forma, għandhom ikunu miġġeldin b’impenn f’kull soċjetà, isostni Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin.

Mario Tabone Vassallo
Mario Tabone Vassallo jikkummenta dwar id-deċiżjoni ta' Iżrael li jibni għadd ta' appartamenti fil-parti tal-Lvant tal-pajjiz li l-Għarab jgħidu li hu tagħhom.

Manuel Micallef
Nammetti li aħna poplu bieżel u għaqli. Iżda nammetti wkoll li aħna poplu indixxiplinat, jgħid Manuel Micallef.

spacer
Aktar minn erba' mitt persuna jmutu f'għargħar kbir
31 ta'Lulju 2010

Aktar minn erba’ mitt persuna mietu f’għargħar kbir li laqat lil Pakistan u l-Afganistan.

Il-parti l-kbira ta’ dawk mejta mietu fil-majjistral tal-Pakistan filwaqt li mal-fruntiera mal-Afganistan mietu sittin persuna.

Diversi xmajjar faru, kaxkru villaġġi, toroq u pontijiet. Uħud mill-postijiet qatgħu d-dawl biex jevitaw li xi residenti jmutu kaġun tax-xokkijiet. Uffiċjali qalu li dan kien l-agħar għargħar li qatt ra l-pajjiż f’dawn l-aħħar tmenin sena u qed jiġi mbassar aktar maltemp u xita.

Man-nofs miljun persuna kellhom iħallu djarhom. L-għadd tal-vittmi mistenni jkompli jiżdied. Mijiet oħra huma maħsuba li mietu kawża ta’ l-ilmijiet li kinsu mijiet ta’ djar bin-nies fihom, valangi u oħrajn li spiċċaw mirduma taħt it-terrapien ta’ djarhom.




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre