|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino Ħriġna mir-reċessjoni! Fr John Avellino
Xarabank verament ma jitlifx okkażjoni! Evarist Bartolo MP Evarist Bartolo jikkummenta dwar il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara. Ugo Mifsud Bonnici Ħadd ma jazzarda jgħid għaliex l-aħħar erba’ terrimoti qawwija laqtu lil L’Aquila, Ħaiti, iċ-Ċilì u t-Tajwan', jgħid Ugo Mifsud Bonnici. 'Alla biss jaf.' Maġistrat Joe Cassar Il-Maġistart Joe Cassar jaqsam mal-qarrejja xi kotba li qara dan l-aħħar. |
![]() |
31 ta'Lulju 2010 Il-Gvern Messikan qal li qawwiet tas-sigurtà qatlu lil Ignacio “Nacho” Coronel – membru għoli tal-kartell tad-droga Sinaloa. Coronel hu maħsub li huwa l-id il-leminja tal-baruni Messikan tad-droga Joaquin Guzman, li għadu mfittex sal-lum. Il-mewt ta’ Coronel hija rebħa għall-President Felipe Calderon, li ddikjara gwerra kontra d-diversi krietel tad-droga fil-pajjiż. Il-Qawwiet tas-Sigurtà qalu li Coronel inqatel fi ġlieda bl-armi ma’ grupp tal-armata ħdejn il-belt ta’ Guadalajara. Coronel kien magħruf bħala “r-Rè tal-Kristall” għall-kontroll tiegħu fuq il-produzzjoni u d-dħul ta’ drogi lejn l-Istati Uniti. L-Istati Uniti offriet ħames miljun dollaru għal kull informazzjoni li kienet twassal għall-qbid tiegħu.
« Ta' Qabel: Il-President Afgan jibdel deċiżjoni li kien ħa There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


