It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Kellha tkun Daphne?
Opinjoni
Tony Zarb
Tony Zarb isostni li l-poplu bħalissa għandu quddiemu għadd ta' problemi li "qegħdin jolqtu ħażin lill-poplu inġenerali".

Dr Jason Azzopardi
'Il-koperattivi jaħdmu biex jiksbu l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet tagħhom,' jgħid Dr Jason Azzopardi.

Mario Tabone Vassallo
Mario Tabone Vassallo isellem lill-ġara tiegħu, li għexet ħajja mera ta’ kif Nisrani suppost jgħixha.

Mons Anton Gouder
L-intervent li għamel il-Pro Vigarju Mons Anton Gouder waqt il-Konferenza Nazzjonali organizzata minn ProġettImpenn is-Sibt bit-tema 'Għal Żwieġ B'saħħtu'.

spacer
Il-Papa f'taħditiet ma' Isqof Ġermaniż dwar allegat abbużi fuq tfal
L-Isqof Robert Zollitsch, li se jinforma l-Papa dwar l-akkużi msemmija.
L-Isqof Robert Zollitsch, li se jinforma l-Papa dwar l-akkużi msemmija.
13 ta'Marzu 2010

Il-Papa Benedittu XVI qed jiltaqa’ ma’ Isqof mill-Ġermanja għal taħditiet, fost kriżi dwar allegat abbużi sesswali ta’ tfal minn saċerdoti f’pajjiż twelidu.

L-Isqof Robert Zollitsch mistenni li jressaq quddiem il-Papa d-dettalji tal-akkużi li saru minn madwar 200 allegat każ ta’ abbuż minn saċerdoti Ġermaniżi.

Fost il-każijiet Ġermaniżi hemm allegati abbużi fuq subien ta’ kor fis-snin ħamsin u sittin. Dan il-kor wara kien għamel żmien immexxi minn ħu l-Papa, iżda Monsinjur Georg Ratzinger qal li l-allegati abbużi seħħew qabel hu ħa dan l-inkarigu.

Il-Vatikan mhux mistenni li jagħti kummenti dwar din il-laqgħa privata, iżda l-Isqof Ġermaniż għandu jagħti konferenza tal-aħbarijiet.

Każijiet bħal dawn laqtu djoċesijiet fl-Irlanda, l-Olanda, l-Awstrija u l-Ġermanja. Dwar il-każijiet tal-Irlanda, il-Papa kien sejħilhom reati koroh ħafna u dnub gravi.

 

 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre