|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Kulħadd jgħid li jrid, u kif irid? Mario Tabone Vassallo 'Dad-dellijiet ireżżħuni, ixoqquli għadmi, meta neħtieġ dawl saħħani. Dawn dellijiet li jafu jkarkru sa mewt kerha,' jgħid Mario Tabone Vassallo. Dr Joseph Cassar Dr Joseph Cassar MP jikteb dwar il-bżonn li nnaqqsu l-ammont ta' melħ li nagħmlu fl-ikel tagħna. Gejtu Vella Gejtu Vella jikteb dwar storja fl-ewwel paġna ta' L-Orizzont, li fil-fehma tiegħu, kienet biss ħlieqa. |
![]() |
Suldat jidher għassa f'karru armat waqt it-talb tal-Musulmani ta' nhar il-Ġimgħa, barra l-moskea ta' Jos, fin-Niġerja. Fin-Niġerja, mal-500 persuna nqatlu, fosthom ħafna nisa u tfal, waqt vjolenza li seħħet qrib il-belt ta’ Jos fi tmiem il-ġimgħa bejn l-Insara u l-Musulmani. Uffiċjali Niġerjani qalu li għadd ta’ villaġġi Nsara ġew attakkati minn irġiel bi skieken kbar. Aktar tard, suldati ġew mibgħutin fir-reġjun, fejn saru wkoll diversi arresti. L-Aġent President tan-Niġerja, Goodluck Jonathan, ordna lill-forzi tas-sigurtà biex ma jħallux jiddaħħlu iktar armi f’dan ir-reġjun. Politiċi lokali allegaw li dan il-qtil huwa riżultat ta’ konflitt reliġjuż u settarju, u kien bi tpattija ta’ qtil ieħor li sar f’Jannar li għadda. Oħrajn qalu li l-ġlied huwa marbut ma’ min jista’ jaħdem l-art fertili u r-riżorsi li hemm fl-inħawi.
« Ta' Qabel: 10,000 jipprotestaw fit-toroq ta' Togo There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


