It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Kellha tkun Daphne?
Opinjoni
Tony Zarb
Tony Zarb isostni li l-poplu bħalissa għandu quddiemu għadd ta' problemi li "qegħdin jolqtu ħażin lill-poplu inġenerali".

Dr Jason Azzopardi
'Il-koperattivi jaħdmu biex jiksbu l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet tagħhom,' jgħid Dr Jason Azzopardi.

Mario Tabone Vassallo
Mario Tabone Vassallo isellem lill-ġara tiegħu, li għexet ħajja mera ta’ kif Nisrani suppost jgħixha.

Mons Anton Gouder
L-intervent li għamel il-Pro Vigarju Mons Anton Gouder waqt il-Konferenza Nazzjonali organizzata minn ProġettImpenn is-Sibt bit-tema 'Għal Żwieġ B'saħħtu'.

spacer
Jum il-Mara
8 ta'Marzu 2010

Illum qed jitfakkar Jum il-Mara. It-tema magħżula għal din is-sena mill-Ġnus Magħquda hija ‘Drittijiet indaqs, opportunitajiet indaqs, progress għal kulħadd’.

Ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika, ippubblikati fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara juru li r-rata ta’ fertilita naqset minn 3.6 fil-mija fl-1960 għal 1.4 fil-mija fl-2008. Kien hemm tkabbir fin-numru ta’ nisa li jkollhom tarbija għall-ewwell darba fejn fl-1960 kien hemm 23 waqt li fl-2008 kien hemm 27 mara. Fl-istess sena 43 fil-mija ta’ nisa li kienu se jiżżewġu f’Malta, kellhom eta’ tvarja bejn il-25 u d-29 sena. Kważi 70 fil-mija minnhom kienu Maltin.

Sadanittant, statistika tal-Eurostat turi li fis-sena 2030, se jkun hemm mara minn kull erba’ li jkollha 65 sena jew aktar. Fl-aħħar għaxar snin jirriżulta li r-rata tal-qgħad fis-27 pajjiż membru tal-UE kienet għola għan-nisa milli għall-irġiel. Iżda sa minn Mejju li għadda, ir-rata tal-qgħad għan-nisa fis-27 pajjiż membru għall-ewwel darba kienet inqas minn tal-irġiel.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li saħħet l-impenn tagħha għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel permezz tal-pubblikazzjoni ta’ Charter dwar in-nisa. Din id-dikjarazzjoni politika telenka ħames oqsma għal ażżjoni u timpenja lill-Kummissjoni biex tibni perspettiva ta’ ugwaljanza’ fil-policies kollha tagħha għall-ħames snin li ġejjin.

F’messaġġ għal dan il-Jum, il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa għamel sejħa lill-membri parlamentari Ewropej kollha biex jivvutaw favur l-estensjoni tal-leave tal-maternita' u tal-leave għall-ġenituri li se tkun ippreżentata fil-Parlament Ewropew aktar tard dan ix-xahar.


 


 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre