It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Arroganti u allura inaċċettabbli
Opinjoni
Dr Stefan Buontempo MP
Poplu b’kultura mħarsa u msaħħa huwa poplu li jqim il-wirt li ħallewlu missirijietu, isostni Dr Stefan Buontempo.

Charles Buttigieg
Id-deċiżjoni tal-Arċidjoċesi li tiġi ntrodotta l-verżjoni online ta’ IL-ĠENSillum, kienet pass ’il quddiem li kien wasal żmienu, jikteb Charles Buttigieg. Imma hi l-fehma ta’ ħafna, ikompli, li d-deċiżjoni li IL-ĠENSillum tintemm bħala forma stampata kienet waħda short-sighted.

Ugo Mifsud Bonnici
Jekk temmen tallinja ruħek mas-sewwa. Il-fidi ma tħollokx mid-dmir tas-sewwa: hija l-fidi li torbtok verament, jikteb Dr Ugo Mifsud Bonnici.

Dr Joseph Cassar
Dr Joseph Cassar jikteb dwar l-istatwa fil-bronż, xogħol l-iskultura żagħżugħ Christopher Ebejer, li tpoġġiet dan l-aħħar f'bieb l-Isptar Mater Dei.

Mario Tabone Vassallo
Tassew f'pajjiżna l-imputat magħdud b’innoċenti sakemm ma jinstabx ħati? Il-pulizija mistennija timxi fuq il-liġi jew fuq li jixtieq partit politiku fil-Gvern? jistaqsi Mario Tabone Vassallo.

Patri Mario Attard OFM Kap
Is-sena li għaddiet 78 mara Maltija telgħu l-Ingilterra biex jagħmlu abort. Fl-2008 dawn kienu 38.

spacer
Tliet siti storiċi se jibbenifaw minn proġett ta' protezzjoni u konservazzjoni
31 ta'Lulju 2010

Tliet siti storiċi li huma mmexxija minn Heritage Malta se jibbenifikaw minn proġett ta’ protezzjoni u konservazzjoni permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Reġjonali.

Il-fondi li b’kollox jammontaw aktar minn disgħa miljun ewro se jkunu investiti fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat kif ukoll fit-Tempji tal-Ġgantija f’Għawdex.

Waqt żjara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mas-Sinjura Gonzi u s-Segretarju Parlamentari Mario de Marco għamlu fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien, iċ-Chairman ta’ Heritage Malta Joe Said qal li fil-post se ssir tinda protettiva li tipproteġi s-sit kollu kemm hu. Qal ukoll li qed isir ukoll studju dwar il-problema ta’ għargħar. Dwar il-pjani li kien hemm għall-bini ta’ ċentru tal-viżitaturi, Said qal li bħalissa l-proġett tat-tinda huwa aktar urġenti, iżda ntwera interess minn Bank lokali li jiffinanzja parti minn dan il-proġett.

Il-Prim Ministru minn naħa tiegħu qal li Malta għandha responsabbilta' lejn id-dinja u l-ġenerazzjonijiet tal-futur sabiex tieħu ħsieb dan il-patrimonju. Il-ħarsien tal-patrimonju Malti huwa saħaq ifisser ukoll aktar turisti u aktar impjiegi.




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre