It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Interessi: ibsin... u kif!
Opinjoni
Mario Tabone Vassallo
‘Id-demokrazija sikwit tinqatel b’semm fin li jivvelena bil-moħbi billi jnawwar l-istituzzjonijiet sisien tagħha,’ jgħid Mario Tabone Vassallo

Manuel Micallef
‘Il-moviment trejdunjonistiku jrid idur dawra miegħu nnifsu u jwarrab min-nofs il-paġna sewda li ħoloq bil-firda li għaddej minnha,’ jgħid Manuel Micallef.

Gejtu Vella
‘Id-djalogu soċjali hu t-triq ’il quddiem għal dan il-pajjiż,’ jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Gejtu Vella.

Michael Briguglio
‘Appoġġ għall-iżvilupp ta’ airstrip f’Għawdex hija eżempju ieħor ta’ politika rħisa li tipprova tingħoġob ma’ kulħadd,’ isostni Michael Briguglio.

spacer
Raġel Sirjan jsoffri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku
14 ta'Marzu 2010

Raġel Sirjan ta’ 30 sena li joqgħod Ħal Safi, sofra ġrieħi gravi minħabba ksur meta kien involut bil-vettura tiegħu f’inċident tat-traffiku. Indarab ukoll ħafif it-tifel ta’ għaxar snin li kien passiġġier fl-istess vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq l-Irqajja Ħal Safi meta din il-vettura kienet involuta f’inċident ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn Ħal Kirkop, li fl-inċident ma sofra ebda ġrieħi.

Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lis-sewwieq mill-karozza. Hu mifhum li ż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat konsiderevoli fl-inċident.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.

 

 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre