It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Opinjoni
spacer
Mara ta' 50 sena tinsab fil-periklu tal mewt
14 ta'Marzu 2010

Mara ta’ 50 sena minn Bormla, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ qabel is-sagħtejn ta’ dalgħodu fi Triq il-Barrani f’Ħal Tarxien.

Mill-istħarriġ preliminari tagħha fuq il-post, il-Pulizija sabet li mara ta’ 50 sena minn Bormla kienet intlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post isejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija qed tissokta bl-investigazzjonijiet tagħha.

 

 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre