It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Ċensura: lejn bilanċ u sinteżi ġdida
Opinjoni
Dr Stefan Buontempo MP
Dr Stefan Buontempo MP jikteb dwar il-pożittiv li joħroġ mill-ġemelaġġi li jsiru bejn pajjiż u ieħor.

Mario Tabone Vassallo
Il-liġi tax-Xarija u l-liġi Halakha. Mario Tabone Vassallo jikkummenta. 

John Bencini
Fl-MCESD hemm il-Gvern, min iħaddem u l-unions, iżda dawn tal-aħħar qegħdin fi żvantaġġ, isostni l-President tal-MUT. 

spacer
Żvilupp fil-kwistjoni bejn l-Isvizzera u l-Libja
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg
14 ta'Marzu 2010

Kien hemm żvilupp fil-kwistjoni bejn l-Isvizzera u l-Libja, li minħabba fiha Maltin mhux qed jitħallew jidħlu l-Libja.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tonio Borg qal li l-Gvern Malti se jkun qed jipproponi quddiem l-UE li l-pajjiżi tax-Schengen iwarrbu l-lista s-sewda maħruġa mill-Isvizzera dwar 188 Libjan.

Qal li jekk sal-ġimgħa d-dieħla mhux se tissolva l-kwistjoni bejn l-Isvizzera u l-Libja, Malta u pajjiżi oħra mhux se jirrikonoxxu l-lista s-sewda maħruġa mill-Gvern Svizzeru biex 188 Libjan ma jidħlux fiż-żona Schengen.

Intant, ilbieraħ il-Mexxej Laburista Joseph Muscat ,innota b’mod pożittiv l-isforzi li għamel il-Gvern Malti iżda qal li jemmen li wasal iż-żmien għal azzjoni, jekk hemm bżonn unilaterali min-naħa tal-Gvern Malti biex jipproteġi l-interessi nazzjonali u ta’ tant familji.


 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre