It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Għażla li tajjeb nagħmlu
Opinjoni
Ugo Mifsud Bonnici
Dr Ugo Mifsud Bonnici dil-ġimgħa jikteb dwar il-ktieb 'The Cultural Heritage and Beyond'; u fil-verżjoni bil-Franċiż, 'Le Patrimoine et au-delà', li jittratta l-Konvenżjoni ta' Faro.

Gejtu Vella
Gejtu Vella jikteb il-miżura ġdida mħabbra fil-Baġit biex żgħażagħ li mhu qed jagħmlu xejn, minkejja li jifilħu jaħdmu, ikunu jistgħu jidħlu fi programm ta’ taħriġ ġdid.  

Dr Joseph Cassar MP
'Ġejna f’sitwazzjoni fejn antibijotiċi li qabel kienu jaħdmu kontra mard serju, issa m’għadhomx effettivi.' Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr Joseph Cassar MP jikteb dwar użu aħjar tal-antibijotiċi.

spacer
Jitħabbru rapporteurs parlamentari b'rabta ma' ministeri
Jean Pierre Farrugia: m'aċċettax stedina biex iservi ta' rapporteur parlamentari f'rabta ma' Ministeru.
Jean Pierre Farrugia: m'aċċettax stedina biex iservi ta' rapporteur parlamentari f'rabta ma' Ministeru.
10 ta'Marzu 2010

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jean-Pierre Farrugia lbieraħ filgħaxija qal li m’aċċettax stedina mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex iservi ta’ rapporteur parlamentari f’rabta ma’ Ministeru.

Meta kien mistoqsi fuq programm televiżiv, it-Tabib Farrugia qal li fil-House of Commons fir-Renju Unit, fejn jeżistu tali karigi, hemm regoli li fi kliemu, jirrestrinġu lill-persuni fil-kariga milli jikkritikaw apertament lill-Gvern.

Tenna li hu ma xtaqx jitpoġġa f’sitwazzjoni bħal din. It-Tabib Farrugia ssokta li għaldaqstant, dan il-Gvern hu wieħed stabbli u huwa mhux se jkun qed jivvota kontra din is-sistema. Qal li diskors dwar l-instabilità hu ta’ ħsara għall-pajjiż.

Intant, qed jingħad f’sezzjoni tal-midja elettronika li Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono mistennija jinħatru rapporteurs fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Charlò Bonnici rapporteur fil-Ministeru għall-Infrastruttura mmexxi minn Austin Gatt, filwaqt li l-Perit Philip Mifsud fil-Ministeru għar-Riżorsi mmexxi minn George Pullicino.

L-istess rapporti jżidu li Beppe Fenech Adami qed jingħad li se jkun rapporteur fil-Ministeru għall-Intern, Robert Arrigo fil-Ministeru tal-Finanzi u Stephen Spiteri fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.

 

 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre