|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar |
![]() |
10 ta'Marzu 2010 Stħarriġ fost intrapriżi tal-manifattura fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet jirriżulta li meta mqabbel mal-2008, l-ammont li dawn dawru fi flus, l-investiment u l-impjiegi naqsu f’dan is-settur. Mill-banda l-oħra, żdiedu l-pagi u s-salarji. Fl-aħħar tliet xhur tal-2009, l-ammont li dawn l-intrapriżi tal-manifattura dawru fi flus naqas b’1.6 fil-mija. Dan it-tnaqqis kien osservat l-aktar fil-qasam tat-tagħmir tar-radju, televixin u komunikazzjoni, kif ukoll f’dak tal-ikel u x-xorb u anki tal-kimiċi u l-prodotti kemikali. Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-investiment f’dawn l-intrapriżi naqas b’55 fil-mija. Fi tmiem Diċembru li għadda, l-impjiegi f’dawn l-intrapriżi wkoll naqsu b’5.5 fil-mija. Għalhekk is-settur tal-manifattura kien jimpjega 16,000 ħaddiem. Fl-aħħar tliet xhur tas-sena, tħallsu €73 miljun f’pagi u salarji gross. Dan ifisser żieda ta’ erbgħa fil-mija meta mqabbel mal-istess perijodu tal-2008.
« Ta' Qabel: PN REPLY There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


