It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Opinjoni
spacer
Titwaqqaf Assoċjazzjoni ta' Skejjel Indipendenti
Preżentement, l-iskejjel indipendenti huma responsabbli għall-edukazzjoni ta' 7,000 student.
Preżentement, l-iskejjel indipendenti huma responsabbli għall-edukazzjoni ta' 7,000 student.
9 ta'Marzu 2010

Twaqqfet Assoċjazzjoni ta’ Skejjel Indipendenti. Il-President ta’ din l-Assoċjazzjoni, Bernie Mizzi, saħqet fuq l-importanza ta’ skejjel indipendenti li bħalissa huma responsabbli għall-edukazzjoni ta’ 7,000 student.

Hi qalet li l-Assoċjazzjoni l-ġdida kkummissjonat rapport fuq il-vijabilità tas-settur tal-iskejjel privati. Dan ir-rapport għandu jirrakkomanda kif il-gvern jista’ jgħin lil dan is-settur b’tali mod li dan jibqa’ jżomm l-indipendenza tiegħu.

Waqt it-tnedija ta’ din l-Assoċjazzjoni, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Dolores Cristina, semmiet kif l-esperjenza tagħha ta’ skejjel privati kienet waħda pożittiva. Hi qablet li hu importanti li l-ġenituri jkollhom għażla fejn iridu jibagħtu lil uliedhom.

 

 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre