|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Il-passjoni tal-Knisja Gejtu Vella Il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’kull forma, għandhom ikunu miġġeldin b’impenn f’kull soċjetà, isostni Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Mario Tabone Vassallo Mario Tabone Vassallo jikkummenta dwar id-deċiżjoni ta' Iżrael li jibni għadd ta' appartamenti fil-parti tal-Lvant tal-pajjiz li l-Għarab jgħidu li hu tagħhom. Manuel Micallef Nammetti li aħna poplu bieżel u għaqli. Iżda nammetti wkoll li aħna poplu indixxiplinat, jgħid Manuel Micallef. |
![]() |
Marija J Borg 30 ta'Lulju 2010Il-karozzi elettriċi huma ideali għall-Malta, jistgħu jgħinu lil Malta tilħaq il-miri tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tnaqqis ta’ tniġġiż minn gassijiet li qed iwasslu għall-bidla fil-klima, kif ukoll jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja f’ambjent urban. Biss f’Malta hawn biss 28 karozza elettrika minn total ta’ aktar minn 300,000 karozza li hawn fuq it-toroq Maltin. Mit-28 karozza elettrika, għaxra huma Valletta cabs, jew aħjar taxis li joperaw fil-Belt u l-Floriana. F’diskors fil-Parliament f’Lulju li għadda, il-Ministru responsabbli mill-Bidla fil-Klima, George Puliccino, ħabbar it-twaqqif ta’ kumitat apposta biex jevalwa l-għoti ta’ inċentivi għal karozzi elettriċi. Inċentivi bħal dawn kienu tħabbru fil-Baġit 2008 meta kien tħabbar li l-kienet se jingħata 20 fil-mija tan-nefqa kapitali fuq ix-xiri ta’ karozza elettriċi sa massimu ta’ €2,329 (Lm 1,000). Barra minn hekk, bħala parti mir-riforma tal-liċenzji għall-vetturi liċenzjati f’Malta li daħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, il-liċenzja annwali tal-vetturi elettrici hija ta' €75.00 kull sena u ma tinbidilx. Biss jidher li effettivament dan l-inċentiv ftit li xejn ħajjar għax-xiri ta’ karozzi elettriċi, tant li skont ċifri ppubblikati dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika - UNS, mill-2008 ’il quddiem inxtraw biss ħames karozzi elettriċi, li minnhom erbgħa nxtraw fl-2008, u waħda fis-sajf tal-2009. Dejjem skont iċ-ċifri tal-UNS, fi tmiem ta’ Ġunju li għadda, f’Malta kien hawn 301,605 vettura reġistrata ma’ Transport Malta, li minnhom 76.4 fil-mija kienu privati, waqt li 15.7 fil-mija kienu kummerċjali. IL-ĠENSILLUM online tkellmet ma’ sid ta’ waħda mill-28 karozza elettrika li huma liċenzjati f’Malta. Hu fisser din il-karozza bħala “ideali għal Malta”, li faċilment tilħaq il-limitu ta’ veloċità massima fit-toroq Maltin li huwa ta’ 80 kilometru fis-siegħa, b’mod speċjali fil-wita, li hi komda ħafna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ parkeġġ u li mingħajr problemi ta’ xejn “twasslek madwar il-gżira kollha”. Barra minn hekk vettura elettrika għandha l-istess faċilitajiet bħal kwalunkwe vettura oħra fosthom arja kkundizzjonata, radju, central locking u allarm, għalkemm fisser li l-użu tal-arja kkundizzjonata tnaqqas xi ftit mill-kilometri totali li vettura tista’ tagħmel fuq charge. Hu nnota li l-ikbar diffikultà hi n-nuqqas ta’ charging points madwar il-gżejjer Maltin. Mistoqsi dwar il-biża’ li jispiċċa stranded minħabba li l-karozza jispiċċalha ċ-charge. Innota li din qatt ma ġratlu f’kemm ilha għandu l-karozza, iżda nnota li sid ta’ karozza elettrika tajjeb li jieħu inkonsiderazzjoni d-distanzi li jkun se jkopri u jippjana t-traġitt tiegħu b’mod għaqli. Spjega wkoll li l-vettura elettrika tgħinek tkun iżjed attent fis-sewqan u hekk tiffranka iżjed enerġija, li jiġi utli anki meta dak li jkun isuq vettura bi fjuwil konvenzjonali. Malta mhix l-uniku pajjiż fejn il-vetturi elettriċi ftit li xejn qabdu. Skond statistika ppubblikata online mill-Eurostat in-numri huma limitati fil-parti l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, għajr għall-Olanda u l-Belġju. F’dawn iż-żewġ ‘pajjiżi baxxi’ fl-2008 kien hemm rispettivament 23,000 u 10,000 vettura elettrika. Fit-tielet post ikklassifikat in-Norveġja b’2,000 vettura. Pajjiżi oħra jew ma tawx statistiċi jew għandhom numri limitati. Hekk ir-Renju Unit kellu 1,000 vettura reġistrati fl-istess sena, l-istess daqs Ċipru, l-Isvizzera u r-Rumanija. Fl-istess ħin pajjiżi madwar id-dinja qed jinvestu bis-sħiħ biex jiżdiedu l-għadd ta’ karozzi elettriċi fil-pajjiż. Rapport riċenti tal-Wall Street Journal innota li l-gvernijiet taċ-Ċina, l-Istati Uniti u Franza, bejniethom biss wegħdu li jagħtu $15-il biljun f’inċentivi fiskali, sussidji u bonuses biex jgħinu lill-manifatturi ta’ karozzi jiżviluppaw vetturi elettriċi. U l-kumpaniji ewlenin qed jagħmlu proprju dan. Kumpaniji kbar bħal Renault/Nissan, FIAT, Opel u Mitsubishi diġà ħabbru li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed iniedu vetturi elettriċi li mistennija jkunu jħabbtuha ma’ dawk konvenzjonali. Fil-blog personali tiegħu, il-Ministru Pulliċino għamel referenza għal dawn l-iżviluppi bħala raġuni ewlenija għat-twaqqif ta’ Kumitat Inter-Ministerjali “biex jistudja x’tip ta’ infrastruttura u inċentivi hemm bżonn li jkunu implimentati f’pajjiżna ħalli nħajjru aktar persuni jixtru karozzi minn dawn f’pajjiżna”. IL-ĠENSILLUM online tkellmet dwar dan maċ-Chairperson ta’ Friends of the Earth Martin Galea De Giovanni li laqa’ b’mod pożittiv il-ħatra ta’ dan il-Kumitat biex jistudja kif tista’ tiġi mgħejjun id-dħul ta’ karozzi elettriċi f’Malta. Hu rrikonoxxa li vetturi elettriċi jista’ jkollhom impatt ambjentali bħat-tniġġiż, kawżat mill-power stations kif ukoll il-fatt li kull vettura tieħu tmien batteriji kemmxejn ikbar minn batterija ta’ vettura konvenzjonali. “Mod ikollok 30 karozza kif hawn illum, u mod ikollok 100,000,” huwa qal, waqt li fisser li dawn ikunu jeħtieġu infrastruttura adegwata fejn jiġu disposti. Fl-istess ħin fakkar li vettura elettrika mhux bilfors tuża enerġija ġenerata minn sorsi konvenzjonali. Huwa semma li l-Università ta’ Malta tiċċarġja l-batterija permezz ta’ sistema fotovoltajka waqt li f’Kalifornja fl-Istati Uniti ddaħħlu sistema ta’ charging stations qishom stejġ tal-karozza tal-linja, liema stazzjonijiet huma mgħottija minn sistemi fotovoltajċi biex b’hekk l-enerġija wżata tkun kompletament nadifa. Skont il-miri tal-Unjoni Ewropea għall-2020, Malta trid tkun qed tikkonsma madwar 10 fil-mija tal-enerġija fit-trasport minn sorsi alternattivi. Dan minbarra li trid tnaqqas it-tniġġiż globali minn gassijiet bħad-dijossidu tal-karbonju. Galea De Giovanni fisser li vettura elettrika għandha range ta’ bejn 60 u 80 kilometru fuq charge waħda, jew prattikament it-triq kollha mill-Belt għaċ-Ċirkewwa u lura. Għall-vetturi preżentament importati f’Malta, charge tiswa ‘biss’ disa’ unit li jammonta għal €1.45 (il-prezz tal-petrol hu €1.22 il-litru waqt li dak tad-diesel hu ta’ €1.06 il-litru). Li jfisser li bil-prezz ta’ litru u nofs diesel, b’karozza elettrika tista’ tagħmel 80 kilometru!
« Ta' Qabel: 'Bil-għatx għall-ħajja' Edward Mallia on 18/08/2010 14:50:15 This comment is late as I have just returned from abroad. I run two electric cars: one is small one of Indian make designed as an electric car, and the other is a converted Ford Escort mark I. My combined experience of running such cars now extends over some 15 years.Results have been presented at international conferences and also published in local journals. The latest paper which has been sumitted to the local science journal Xjenza shows clearly that at this time we have little to gain in CO2 emissions from electric car use as our powerstations are inefficient and so have a large carbon footprint. The immediate gain is from pollutants like CO, NOx, the very dangerous fine articles from diesel, unburnt fuel which forms ozone under the action of strong sunlight, and engine noise. But all this apart, the Minister's Committee is another dragging of feet. For these last two years Minister Pullicino has had an extensive report detailing ways of setting up the required infrastructure for widespread use of electric transport. I know as I was one of the authors. The only ability required from this committee is that of reading English. |
![]() |
![]() |


