|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino Ħriġna mir-reċessjoni! Fr John Avellino
Xarabank verament ma jitlifx okkażjoni! Evarist Bartolo MP Evarist Bartolo jikkummenta dwar il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara. Ugo Mifsud Bonnici Ħadd ma jazzarda jgħid għaliex l-aħħar erba’ terrimoti qawwija laqtu lil L’Aquila, Ħaiti, iċ-Ċilì u t-Tajwan', jgħid Ugo Mifsud Bonnici. 'Alla biss jaf.' Maġistrat Joe Cassar Il-Maġistart Joe Cassar jaqsam mal-qarrejja xi kotba li qara dan l-aħħar. |
![]() |
Fr John Avellino 31 ta'Lulju 2010Bejn il-Ħamis, 5 t’Awwissu, u l-Ħadd li ġej għandu jsir għal darb’oħra d-Delicata Classic Wine Festival. Dan se jsir fil-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta. Kelliemi għall-kumpanija qal lil IL-ĠENSILLUM online li bħas-snin l-imgħoddija, din hi okkażjoni “li ħadd m’għandu jitlef”. Id-Delicata Classic Wine Festival jinawgura l-bidu tal-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb. Ikun fuq erbat ijiem, bejn is-7pm u l-11.30pm. Dawk li jżuru l-Festival ikunu mistiedna jixtru tazza nbid meta jidħlu li tiswa €10, u mbagħad jistgħu jixorbu kemm iridu. Wieħed imbagħad ikun jista’ jieħu t-tazza d-dar. L-organizzaturi qed javżaw li ebda persuna taħt is-17-il sena ma tista’ tixtri nbid. Huma diversi l-inbejjed DOK minn Malta u Għawdex li wieħed ikun jista’ jduq, fosthom il-Gran Cavalier, Grand vin de Hauteville, Pjazza Regina, Medina, Victoria Heights, Maltese Falcon, id-Delicata’s Frizzantes, ilkoll magħmulin minn għeneb imkabbar lokalment, bħal Syrah, Chardonnay, Grenache, Merlot, Sangiovese, Vermentino, Cabernet Sauvignon, Sauvignon Blanc, u ż-żewġ għeneb indiġeni Maltin, il-Girgentina u l-Ġellewża. Se jkun hemm ukoll wine bar bl-isem ta’ ‘Me & My Dolcino’, fejn wieħed ikun jista’ jsib id-Dolcino Rosè u Bianco, u l-possibbiltà li jixtri bi prezz speċjali tal-Festival fliexken tal-inbid biex jeħodhom miegħu d-dar. Barra minn hekk, l-inbid kommemorattiv ‘Kastilja’, li hu edizzjoni limitata, se jkun għall-bejgħ ukoll fi flixken ta’ 75cl u f’kontenituri ta’ tliet litri. Barra l-inbid, wieħed ikun jista’ jitrejjaq minn għażla ta’ ikel Malti u internazzjonali, fosthom majjal, fenek Malti, għaġin, paella, pizza u kull platti b’diversi ġobon. Għal dawk li jixtiequ xi ħaġa aktar formali, Island Caterers ħasbu li joffru s-servizz ta’ ristorant li se jkun fis-Saluting Battery, b’veduta spettakolari tal-Port il-Kbir u t-Tlett Ibliet. Wieħed jista’ jibbukkja mejda fuq 2375 1930 or 2375 1944, jew b’imejl fuq events@islandcaterers.com.mt Il-Festival se jkun animat ukoll minn uħud fost l-aqwa kantanti Maltin, fosthom George (Pusè) Curmi, William Mangion, il-banda ta’ Spiteri Lucas, il-Big Band Brothers u Steve Cole. Biex ikun iċċelebrat l-għeluq tal-ħsad tal-inbid Malti, il-Festival bejn it-3 u l-5 ta’ Settembru jissokta fin-Nadur, Għawdex, il-qalba tal-kultura tal-inbid fil-gżejjer Għawdxin, bl-isem ta’ Delicata’s 8th Gozo Classic Wine Festival. L-attività ssir fin-Nadur promenade, li jġib taħtu veduti impressjonanti ta’ Kemmuna u l-gżejjer Maltin. Għal darb’oħra l-organizzaturi ħasbu li l-Festival ikun jinkludi verjetà ta’ artisti lokali, fosthom Spectrum, Synergy, Cash & Band u Steve Cole. Se jkun hemm ukoll bottegini tal-ikel u ristorant li joffri laħam tal-fenek. Tul il-ġranet tal-Festival se jkun hemm servizz ta’ trasport bejn il-Port tal-Imġarr u n-Nadur għall-prezz ta’ €2. Id-Delicata Classic Wine Festival qed ikun organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u dak tan-Nadur, u ż-żewġ sponsors uffiċjali tiegħu, il-GO u Bank of Valletta. Aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku www.delicata.com There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


