It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Il-passjoni tal-Knisja
Opinjoni
Gejtu Vella
Il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’kull forma, għandhom ikunu miġġeldin b’impenn f’kull soċjetà, isostni Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin.

Mario Tabone Vassallo
Mario Tabone Vassallo jikkummenta dwar id-deċiżjoni ta' Iżrael li jibni għadd ta' appartamenti fil-parti tal-Lvant tal-pajjiz li l-Għarab jgħidu li hu tagħhom.

Manuel Micallef
Nammetti li aħna poplu bieżel u għaqli. Iżda nammetti wkoll li aħna poplu indixxiplinat, jgħid Manuel Micallef.

spacer
Bust ta' San Ġorġ Preca f'Melbourne
Paul Vella minn Melbourne
L-Isqof Grech ibierek il-bust wara li ġie mikxuf.
L-Isqof Grech ibierek il-bust wara li ġie mikxuf.
Parti minn dawk li mlew il-kappella għal din iċ-ċerimonja.
Parti minn dawk li mlew il-kappella għal din iċ-ċerimonja.
6 ta'Marzu 2010

Maltin Awstraljani f’Melbourne dan l-aħħar kixfu bust ta’ San Ġorġ Preca fiċ-ċentru tal-komunità tal-Maltin f’Parkville.

Il-bust tal-ewwel qaddis Malti nkixef u kien imbierek mill-Isqof Malti Mons Joseph Grech, DD, li kkonċelebra quddiesa tal-okkażjoni flimkien ma’ saċerdoti Maltin. Iċ-ċerimonja saret nhar is-Sibt, 20 ta’ Frar, fil-kappella ta’ San Pawl, Parkville.

Madwar 160 membri tal-komunità Maltija mlew il-kappella għal din iċ-ċerimonja.
Preżenti, fost oħrajn, kien hemm il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f'Victoria, Charles Mifsud, flimkien ma’ martu Anna Maria; Dr Clemente Zammit u martu Mary Zammit; il-President tal-Kunsill Malti ta' Victoria, Victor Borg flimkien ma’ membri tal-Eżekuttiv tal-istess Kunsill; Emmanuel Brincat, mir-Radju Komunitarju f’Melbourne 3ZZZ u martu Mary Anne Brincat; rappreżentanti ta’ diversi għaqdiet tal-Maltin, kif ukoll l-iskultur ta’ dan il-bust, l-artist Peter Corlett.

Preżenti wkoll kien hemm diversi membri mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija -MUSEUM, fosthom is-Segretarju Ġenerali, Peter Judge, u s-Superjura Miriam Belli.

Mons Grech irrifletta fuq it-tifkiriet ta’ tfulitu meta ta’ tifel ta’ xi sitt snin huwa ltaqa’ ma' Dun Ġorġ, kif ukoll fuq is-silta mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl lil Timotju, li ispirat lil San Ġorġ Preca biex iwaqqaf is-Soċjetà tal-MUSEUM: “U l-ħwejjeġ li smajt mingħandi fost ħafna xhud, għaddihom lil nies fidili, li għandhom ħila jgħallmu oħrajn ukoll.”

Huwa fakkar li ma kinetx ħaġa ħafifa meta San Ġorġ ġabar irġiel u nisa biex jgħallmu r-reliġjon, għaliex f’dak iż-żmien it-tagħlim tar-reliġjon kien fdat biss f’idejn il-qassisin.
F’kelmetjn tal-okkażjoni, il-President tal-Kunsill Malti ta' Victoria, Victor Borg, faħħar ix-xogħol tas-Soċjetà tal-MUSEUM u x-xogħol li jagħmlu l-patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li tmexxi l-kappella ta’ San Pawl.


 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
Name
E-Mail
Comment:
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre