It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Merħba Santità
Opinjoni
Tony Zarb
Tony Zarb isostni li wara li l-Gvern daħaq bil-ħaddiema tat-Tarzna, issa jista’ ma jżommx kelmtu mal-kumplament tal-ħaddiema.

Mario Tabone Vassallo
Ma jistax ikun li ma tweġġax tara l-burraxka mqanqla kontra l-Knisja, jgħid Mario Tabone Vassallo. Iżda, isostni, il-Knisja għandha tort ukoll.

Dr Lawrence Gonzi
Il-Prim Ministru jsostni f'diskors li għamel li l-identità ta’ pajjiż ma hix formola astratta, u lanqas ma hi burdata storika li tiġi u tmur. Hi proċess kumpless u twil.

Dr Jason Azzopardi
Iż-żjara tal-Papa fostna għandha sservi bħala tifkira għall-ġenerazzjonijiet kollha, li fl-identità storika, kulturali u reliġjuża tagħna, hemm il-kredenzjali l-iżjed importanti bħala nazzjon - bħala stat sovran, jgħid Dr Jason Azzopardi.

spacer
Tgħarrif
Mario Tabone Vassallo
Biex titla' sellum u tagħmel xogħlok, trid tkun torbot fuq li l-iskaluni mhux se jċedu bik. L-istess fil-ħajja. . .
Biex titla' sellum u tagħmel xogħlok, trid tkun torbot fuq li l-iskaluni mhux se jċedu bik. L-istess fil-ħajja. . .
31 ta'Lulju 2010

Sikwit insib ruħi f’dilemma. Wieħed jgħid iswed, l-ieħor jgħid abjad u jien nistordi fin-nofs. Dal-jiem ma tistax toqgħod fuq stqarrijiet maħruġin, nittama, biex jgħarrfu. Nagħder lill-imsejkna konfessuri li jkollhom jisimgħu dnubiet terzi, minflok ta’ min ikun qed iqerr għandhom. Agħar minn dan, min fil-qrar jostor dak li ħtieġ jinqarr. Stqarrija għandha tfiehem ċar u titfa’ dawl fuq il-fatti, bħal qrara sewwa, mhux iċċajparhom.

Dan għaddhieli minn moħħi x’ħin qrajt li xi 90 fil-mija tal-istudenti tas-sekondarja għaddew mill-eżamijiet fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika. Ngħidlek is-sewwa, għad li ma jienx għalliem u bħal San Xmun xi ftit stilitta, ma emmintx. L-ewwel u qabel kollox għax il-ħass li għandi tal-polz ta’ pajjiżna mbiegħed wisq minn hekk.

It-tieni, għax il-gazzetta bl-Ingliż li qrajt din l-istqarrija fiha, ġurnal li jpinġi kemm jista’ kollox ward u żahar għal dal-Gvern, żellaq il-fatt li din l-istqarrija ma għarrfitx kemm mill-istudenti li suppost taw l-eżamijiet, fil-fatt, tawhom.

Malajr ittajjar l-istar u nkixef li, jekk tqis kull min tistenna jagħti l-eżami, man-nofs ma għaddewx: jew għax weħlu jew għax ma tawx l-eżami. Dawn riżultati tal-mistħija, tal-biki.

Kemm huma hekk jixhdu kif ħarġet l-istqarrija li ppruvat tgħatti x-xemx bl-għarbiel. Jaħasra, kieku fl-istqarrija ntqal kollox ċar mal-ewwel, jekk sar xi titjib kien irrimarkat, waqt li fl-istess ħin jingħad l-ovvju, li għadna lura, jeħtiġilna naħdmu iktar, ma kienx jinqala’ dal-kjass kollu. Iktar u iktar għax żgur ħadd ma jista’ jlum lill-Ministru, li bilkemm għadha saħħnet is-siġġu.

Dan eżempju wieħed, jgħajjat fix-xagħri, li xejn ma għadu ċar. Stqarrijiet li suppost jgħarrfuk, ma jistgħux, ukoll jekk jixhdu s-sewwa, għax m’għadhomx fdati. Għax, kif jgħidu l-Ingliżi, ma tistax tidħaq b’kulħadd għal dejjem. Il-ġarra ġejja u sejra, fl-aħħar tinkiser. Dan ħażin bosta.

F’soċjetà fejn tintilef il-fiduċja, kollox isir iktar iebes. Biex titla’ sellum u tagħmel xogħlok, trid tkun torbot fuq li l-iskaluni mhux se jċedu bik. L-istess fil-ħajja, meħtieġ li wieħed jorbot fuq il-mexxejja; talinqas li jistqarrulu s-sewwa jekk ma jaslux jagħmluha.

Jien mhux l-ewwel darba kelli ngħarraf pazjenti li kellhom mard li ħtieġli nopera biex infejjaqhom. Mhux darba jew tnejn kelli nnebbaħhom li kellhom kankru mifrux, li l-operazzjoni kienet ta’ sogru, jew agħar minn hekk. Qatt ma ltqajt ma’ ħadd li rrifjuta l-parir li tajtu, għax kont fdat.

Qed niftakar bħalissa u nitbissem, raġel ta’ 96 sena, b’kankru fir-rettu li emminni f’li għedtlu, iżda ma nafx kif aċċetta jidħol l-isptar. Qatt ma kien daħal qabel. Sitt ijiem wara l-operazzjoni qalli: “Jien qgħadt fuqek u dħalt l-isptar. Issa fejjaqtni u sejjer ’il hemm.” Dik id-darba ma rnexxilix nikkonvinċih jistenna erbat ijiem oħra. Xi ġimgħa wara bagħtli nota jgħidli li kien sejjer tajjeb, iżda ma rajtux iżjed.

Qatt ma stħajt nistqarr ma’ pazjent li ma kontx naf eżatt x’kienet il-problema. Qatt ma wegħidt ix-xjaten jiżfnu. Waħda mara, meta wara li stqarrejtilha x’kien meħtieġ, staqsietni mħassba: “Mela l-operazzjoni jew toqtolni jonkella tfejjaqni.” Fehemtha li ma kellhiex għażla. Għedtilha li kieku kienet ommi, kont nagħtiha l-parir tagħmilha, li minbarra sogru kbir, kien hemm ukoll trawwim serju f’xogħoli u ħafna mħabba. Fdat u marret tajjeb. Mingħajr fiduċja, xejn sewwa ma jista’ jsir.
 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre