It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Roħs u sparar ta' prezzijiet
Opinjoni
Dr Joseph Cassar
Saħħitna llum tiddependi iktar fuq l-istil ta’ ħajja li rridu ngħixu, fuq l-għażliet li aħna nagħmlu. Dak li nieklu u l-attività fiżika huma parti integrali mill-investiment li aħna nagħmlu fil-futur ta’ saħħitna u fil-kwalità ta’ ħajja li rridu ngħixu.

Gejtu Vella
Ma’ din ix-xalata ta’ sport bħalissa fil-Kanada qed jiltaqgħu 20 kap ta’ stat minn madwar id-dinja bil-għan li jsibu tarf it-taqlib ekonomiku li ħakem lid-dinja, jikteb is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM.

Ugo Mifsud Bonnici
Fit-18 ta’ dan ix-xahar miet José Saramago, rumanzier Portugiż li kien ingħata l-Premju Nobel, bniedem ta’ finezza intellettwali kbira u ta’ kumpanija ċajtiera. Iżda kien ateu u komunista.

Mario Tabone Vassallo
“Allura taħseb li jien dnibt għax qabbżuni biex neħħewli l-katarretta u għamluhieli wara biss ftit ġimgħat minn mindu ntbaħt biha?” tistaqsi persuna lil Mario Tabone Vassallo.

John Bencini
Jidher biċ-ċar li qed issir kull reżistenza possibbli. Iżda dawn l-ostakoli ġejjin primarjament mill-Partit Nazzjonalista u mill-GRTU, mhux se jaqtgħu qalb il-ForUM. Din ir-reżistenza u dawn l-ostakoli huma ta’ theddida minn min għandu l-interess li jeskludiha.

Michael Briguglio
Huwa veru li qatt ma kellna ħelsien daqs illum, iżda huwa veru wkoll li bid-diversitajiet kollha tagħna, qatt ma konna f’riskji universali – bħat-tibdil fil-klima – daqs dawk li qed ngħixu fihom fil-preżent, isostni Michael Briguglio.

Patri Mario Attard OFM Kap
Jekk il-vuvużelas għandhom jieqfu għax ixerrdu l-mikrobi u jtarrxu lin-nies, kemm iżjed għandhom jieqfu ħalli tinstema’ b’urġenza l-għajta tal-uġigħ kbir psikoloġiku u spiritwali li ħafna persuni innoċenti għaddejjin minnu għax qegħdin jiġu vilment ittraffikati.

spacer
Ċassi quddiem it-trabi barra miż-żwieġ
Nikol Baldacchino
Li tkun omm qatt ma kienet xi ħaġa sempliċi. Aktar minn hekk, hija ħaġa verament diffiċli meta tfajla tinqabad tqila ta' età tenera, b'konsegwenzi kbar fuq saħħitha, il-karriera u l-futur tagħha.
Li tkun omm qatt ma kienet xi ħaġa sempliċi. Aktar minn hekk, hija ħaġa verament diffiċli meta tfajla tinqabad tqila ta' età tenera, b'konsegwenzi kbar fuq saħħitha, il-karriera u l-futur tagħha.
31 ta'Lulju 2010

M’hemmx dubju li fl-aħħar qed nindunaw biż-żieda fenomonali f’dawn l-aħħar snin tat-trabi li jitwieldu barra miż-żwieġ. L-aħħar statistika turi li fl-2008, aktar minn 28 fil-mija tat-trabi ġodda twieldu minn ommijiet mhux miżżewġin. Kważi tarbija minn kull tlieta. Fi 12-il sena din ir-rata splodiet ’il fuq mis-sitta fil-mija li kienet fl-1996. U waqt li n-numru totali ta’ wild ġdid qed kull sena jonqos (minn 4,600 fl-1995 għal 3,700 fl-2008), it-trabi minn ġenituri mhux miżżewġin qed dejjem jiżdiedu.

X’qed jiġri? X’qed jikkawża din iż-żieda? Għaliex tant tfajliet qed “jinqabdu” tqal meta xi wħud minnhom bilkemm ikunu għadhom jafu n-namrat tagħhom, u xi wħud minnhom ikunu għadhom fuq il-bank tal-iskola? Tgħid mexjin lejn is-sitwazzjoni ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej fejn il-maġġoranza tat-tfal jitwieldu barra miż-żwieġ? Franza, per eżempju, 60 fil-mija tat-trabi ġodda ġejjin minn ġenituri mhux miżżewġin.

Sa ftit tas-snin ilu, l-idea li tfajla li mhijiex miżżewġa toħroġ tqila, kienet idea kważi inaċċettabbli. Kienet azzjoni li titqies bħala waħda li ġġib diżunur fuq it-tfajla (u sa ċertu punt fuq il-ġuvni) u aktar u aktar, fuq il-familji tagħhom. Il-ġenituri kienu lesti li jħabbtu wiċċhom ma’ kull tip ta’ problema u diffikultà, imma li binthom ikollha tarbija u għadha mhijiex miżżewġa, kien pass li jitqies bħala dnub li ma jinħafirx.

Kien hemm min, saħansitra, jagħmilha ċara ma’ wliedu bniet li jekk joħorġu tqal jispiċċaw barra mid-dar. Ma kienx hemm x’tiddiskuti. U għalhekk jaqbillek toqgħod “bil-għaqal” għax inkella jkollok tħabbat wiċċek mal-konsegwenzi. Ir-rumanz ta’ Oliver Friggieri “It-tfal jiġu bil-vapuri” jurina sewwa kif kienu jaħsbuha l-Maltin fis-snin qabel u wara t-Tieni Gwerra.

U xi ngħidu, imbagħad, għat-tfal illeġittimi u kif dawn kienu jitqiesu, tista’ tgħid f’kull sens, bħala cittadini tat-tieni klassi. Shakespeare ifakkarna xi stima kellhom dawn it-tfal fis-Seklu Sbatax permezz tad-diskors li Edmund, tifel illeġittimu jagħmel fit-taħdita tiegħu fit-Tieni Xena tal-Ewwel Att ta’ King Lear.

Nistgħu ngħidu li sa ftit tas-snin ilu dan it-taboo kien għadu l-istess. Biżżejjed niftakru li kienu jissejħu bl-aktar mod dispreġġjattiv ta’ ‘bgħula’. Kienu mċaħħdin mid-drittijiet legali tagħhom bħal, ngħidu aħna, id-dritt tal-wirt. U l-ommijiet ta’ tfal “bgħula” kellhom żewġ għażliet x’jagħmlu bihom – jew jagħtuhom għall-addozzjoni jew jitfgħuhom f’istitut.

Bla dubju, dan il-biża’ minn tqala barra miż-żwieġ, dawn il-preġudizzji, u l-passi ħorox marbutin magħhom, kienu jżommu taħt kontroll in-numru ta’ tfal illeġittimi. U għalhekk, it-tfal kienu normalment jitwieldu minn koppji miżżewġin, u xejn aktar.

Iż-żminijiet tbiddlu: it-tabù, il-biża’ li tfajla tinqabad tqila, il-kontroll, u l-biża’ naqqsu, u t-tfal li jitwieldu barra miż-żwieġ huma aċċettati bħala parti mill-ħajja. Id-differenza legali bejn tfal leġittimi u illeġittimi spiċċat għal kollox.

Barra minn hekk, l-attività sesswali bejn dawk li għadhom mhux miżżewġin illum titqies bħala “dritt”, bħala deċiżjoni li ġuvni u tfajla, anki jekk għadhom mhux miżżewġin, jistgħu jieħdu huma bejniethom mingħajr l-ebda indħil minn ħadd, mingħajr l-ebda sens ta’ mistħija, u mingħajr l-ebda konnotazzjonijiet reliġjużi.

U hekk tfaċċat fuqna l-isplużjoni tal-ġenituri single. M’għandniex lanqas ukoll niskantaw meta nisimgħu bin-numru ta’ ommijiet li mhumiex miżżewġin, imma li għandhom ukoll trabi minn irġiel differenti, xi ħaġa li sa ftit snin ilu ħadd ma kien joħlom. U ma niskantaw lanqas bin-numru ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 60 wild fis-sena ġejjin minn tfajliet li għadhom lanqas biss għalqu 17-il sena, u li għalhekk għadhom jattendu l-iskola.

Irridu nammettu li li jkollok it-tfal u m’intix miżżewweġ m’għadhiex u m’għandhiex tkun xi ħaġa tat-twerwir. Imma rridu nistaqsu: jaqbel għas-soċjetà tagħna li dan il-pass qed jiġi aċċettat mhux aktar bħala ‘żball’, fejn żewġ żgħażagħ kellhom x’jaqsmu sesswalment bejniethom, għamlu ‘żball’ u t-tfajla spiċċat tqila? Jaqbel għall-koppja involuta u għat-trabi tagħhom li jiddeċiedu huma li jkollhom it-tfal, imbagħad jiżżewġux jew le jaraw wara? Għaliex, hawn min jirraġuna, ma nistax nagħżel li jkolli t-tfal wara li niżżewweġ u nista’ jkolli t-tfal qabel niżżewweġ? Għaliex m’għandix niddeċiedi jien?

Jaqbel li fejn qabel kienet xi ħaġa normali li żewġ żgħażagħ li kellhom tarbija, m’hemmx x’jagħmlu aktar ħlief li jiżżewġu, bil-vantaġġi u d-diffikultajiet kollha li pass bħal dan iġib miegħu, illum jistgħu jagħżlu wkoll li t-tarbija trabbiha l-omm, jew li jmorru joqogħdu flimkien mingħjar ma jiżżewġu?

Jeżisti xi studju dwar kemm miż-żwiġijet ‘sfurzati’, jirnexxu jew ifallu komparati ma’ żweġijet li ma kienx hemm trabi qabel?

X’tip ta’ servizzi soċjali qed jingħataw il-ġenituri li jkollhom it-tfal barra miż-żwieġ? Hemm jew ma hemmx rabtha maż-żjieda?

Jidhirli li wasal iż-żmien li bħala soċjetà ma nibqgħux ċassi quddiem dan kollu, imma naraw kif dan il-fenomenu qed ibiddel l-għeruq tal-familja Maltija.
 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre