|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Arroganti u allura inaċċettabbli Dr Stefan Buontempo MP Poplu b’kultura mħarsa u msaħħa huwa poplu li jqim il-wirt li ħallewlu missirijietu, isostni Dr Stefan Buontempo. Charles Buttigieg Id-deċiżjoni tal-Arċidjoċesi li tiġi ntrodotta l-verżjoni online ta’ IL-ĠENSillum, kienet pass ’il quddiem li kien wasal żmienu, jikteb Charles Buttigieg. Imma hi l-fehma ta’ ħafna, ikompli, li d-deċiżjoni li IL-ĠENSillum tintemm bħala forma stampata kienet waħda short-sighted. Ugo Mifsud Bonnici Jekk temmen tallinja ruħek mas-sewwa. Il-fidi ma tħollokx mid-dmir tas-sewwa: hija l-fidi li torbtok verament, jikteb Dr Ugo Mifsud Bonnici. Dr Joseph Cassar Dr Joseph Cassar jikteb dwar l-istatwa fil-bronż, xogħol l-iskultura żagħżugħ Christopher Ebejer, li tpoġġiet dan l-aħħar f'bieb l-Isptar Mater Dei. Mario Tabone Vassallo Tassew f'pajjiżna l-imputat magħdud b’innoċenti sakemm ma jinstabx ħati? Il-pulizija mistennija timxi fuq il-liġi jew fuq li jixtieq partit politiku fil-Gvern? jistaqsi Mario Tabone Vassallo. Patri Mario Attard OFM Kap Is-sena li għaddiet 78 mara Maltija telgħu l-Ingilterra biex jagħmlu abort. Fl-2008 dawn kienu 38. |
![]() |
Ugo Mifsud Bonnici 'It-teknoloġija moderna ma ġagħlitx lill-għaqal tal-antiki jisparixxi. Anzi għamlitu iktar aċċessibbli.' Fi Franza għadu kemm ġie ppubblikat “Manuel de la sagesse antique” li qrajt reċensjoni tiegħu fil-gazzetta Le Monde tat-23 ta’ dan. L-għaqal tal-antiki li hemm miġbur f’dan il-Manwal, huwa l-għaqal tal-klassiċi Griegi u Rumani.
1. Kultant, matul ħajti ltqajt ma’ min qies l-għerf tal-antiki bħala għanqbut. Kultant hawn min jara l-istess għaqal bħala xkiel. Hawn min tant ikun irid li tgħaddi tiegħu, li jkun dispost iwarrab il-parir tajjeb. Hawn xi wħud li ma jissaportux il-madmad tas-sens tar-raġuni.
2. Mill-kotba tal-Għerf tal-Bibbja titgħallem ħafna: speċjalment dwar il-ġustizzja u s-sewwa. Hemm għaqal li jwassal għas-sewwa, bħalma hemm il-għaqal ta’ Macchiavelli. Kif tasal anki jekk mhux fis-sewwa. Ċerti politiċi jkollhom it-tentazzjoni li jikkuntentaw irwiehom bl-għaqal u l-prudenza tas-sriep. Ma jafdawx wisq u jaqblilhom, ma jqisux it-tbatija ta’ ħaddieħor, u jaqblilhom. Illum issib min ifaħħar politiku li jkun, kif jingħad bl-ingliż “streetwise and ruthless”. Din hi forma minuri ta’ għaqal u kontroll. Kultant effettiva, iżda biex tagħti suċċess lil xi ħadd tagħti dannu lil bosta, li kultant jispiċċa biex jolqot lil min aġixxa bla ma qies il-morali. Il-mentalità ta’ dawk li ma jqisux il-konsegwenzi morali, waqt li jqisu l-konsegwenzi l-oħra kollha, ma hix xi ħaġa moderna. Macchiavelli għex 500 sena ilu.
3. Hawn min jaħseb li bil-kompjuter ħafna mill-għaqal u l-għerf tal-imgħoddi spiċċa l-valur tiegħu. Xejn minn dan. Il-bnedmin jibqgħu bnedmin. Anzi fuq l-internet ħafna mill-kotba tal-għerf iddistillat fl-aħjar imħuħ ta’ qabilna llum jinstab diġitalizzat. Basta żżuru. Dari kienu jgħidu li meta vvintaw id-dawl elettriku għebu l-ħorsien mid-djar. It-teknoloġija moderna ma ġagħlitx lill-għaqal tal-antiki jisparixxi. Anzi għamlitu iktar aċċessibbli. Għamlet iktar faċli għal kulmin irid li jixrob minn dawn l-għejun. Il-manwal hu personali 4. Kull wieħed u waħda minna nifformaw il-manwal tal-għaqal għalina stess, mill-esperjenza tagħna, mill-esperjenza ta’ ħaddieħor u mill-qari. Iżda hemm min ma tantx jirrikorri lanqas għal-lezzjonijiet li jkun tgħallem bil-qâres. Naraw jirripetu rwieħhom żbalji li l-għaqal missu żamm milli jsiru l-ewwel darba, u issa lanqas żamm milli jsiru għal darb’oħra. Il-libertà, l-iżball u x-xogħfa 5. Biex il-bniedem jista’ jkollu l-libertà, kien jeħtieġ li titħalla l-possibbiltà tal-iżball. Biex il-bniedem jista’ jkollu l-libertà, kien meħtieġ li r-raġuni tmexxih biex ma jiżbaljax, jew biex, meta jiżbalja, jixgħof. Jista’ wkoll fi bluhitu jitlaq l-użu tar-raġuni. « Ta' Qabel: Possibbli veru? There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


