|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Għażla li tajjeb nagħmlu Ugo Mifsud Bonnici Dr Ugo Mifsud Bonnici dil-ġimgħa jikteb dwar il-ktieb 'The Cultural Heritage and Beyond'; u fil-verżjoni bil-Franċiż, 'Le Patrimoine et au-delà', li jittratta l-Konvenżjoni ta' Faro. Gejtu Vella Gejtu Vella jikteb il-miżura ġdida mħabbra fil-Baġit biex żgħażagħ li mhu qed jagħmlu xejn, minkejja li jifilħu jaħdmu, ikunu jistgħu jidħlu fi programm ta’ taħriġ ġdid. Dr Joseph Cassar MP 'Ġejna f’sitwazzjoni fejn antibijotiċi li qabel kienu jaħdmu kontra mard serju, issa m’għadhomx effettivi.' Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr Joseph Cassar MP jikteb dwar użu aħjar tal-antibijotiċi. |
![]() |
Ugo Mifsud Bonnici 13 ta'Marzu 2010Voltaire kien ċiniku, u meta fl-1755 kien hemm terrimot qawwi li waqqa’ l-biċċa l-kbira tal-bini ta’ Lisbona, qagħad jiddieħaq fil-Candide b’dawk li riedu jispjegaw din it-traġedja bħala kastig ta’ Alla għad-dnubiet tal-bnedmin. Voltaire kiteb li, li kieku t-terrimoti jikkastigaw id-dnubiet, kien imisshom ġraw f”Pariġi, belt iktar midinba minn Lisbona. Bħallikieku kien jista’ jiġġudika d-dnubiet! Fis-sewwa, diffiċli għalina nispjegaw għaliex Alla jippermetti ċerti ġrajjiet. Ħadd ma jazzarda jgħid għaliex l-aħħar erba’ terrimoti qawwija laqtu lil L’Aquila, Ħaiti, iċ-Ċilì u t-Tajwan. Alla biss jaf. Tant kien qawwi ta’ Lisbona, li kien minn warajh li x-xjenzjati bdew ifittxu li jsiru jafu xi ħaġa iktar fuq il-fenomenu. Tant kien qawwi taċ-Cilì li x-xjenzjati ndunaw li ċaqlaq bi ftit il-fus ta’ din iż-żugraga li aħna nsibu bħala l-globu tad-dinja. 1. San Pawl jikteb li l-Lhud kienu jridu l-mirakli, waqt li l-Griegi kienu jixtiequ l-għerf. L-għeġubijiet naturali jitolbu spjegazzjoni jew ir-rivelazzjoni. Xi wħud, aħna l-bnedmin għadna ma sibnilhomx tarfhom. Il-fidi tgħidilna biex nafdaw f’Alla, bla ma tgħidilna li ma għandniex infittxu li niskopru n-natura tagħhom permezz tax-xjenza. Jew li ma nippruvawx insibu mezzi biex innaqqsu almenu l-ħsara li jikkaġunaw. L-istess bħal diżgrazzi oħra naturali. Jew mankamenti u mard ġenetiku. Aħna l-Insara ħadna kemm mil-Lhud u kemm mill-Griegi. Nemmnu fil-Fidi u nafdaw ukoll fir-Raġuni. 2. Issa ġej dan Benedittu, li tant jikteb fuq il-Fidi, it-Tama u l-Imħabba, kif ukoll tant juża r-raġuni, ta’ professur u intellettwali li hu. Kien hawn min kien stenna li jiġi ieħor. Kien hawn min ma setax jifhem kif intagħżel wieħed tant twajjeb fil-manjiera li jitkellem, u tant sod fil-prinċipji: suaviter in modo, fortiter in re. Kien hawn min stenna Papa li jabbroga t-tagħlim morali ta’ qablu, biex itaffi t-tensjoni etika li jħossu n-nies fit-tentazzjoni. Jiena qatt ma qerrejt għand dan Benedittu. Nistħajjel li ma huwiex wieħed li jgħid faċilment: dak mhux dnub. Iktar naħseb li bħal Kristu mal-adultera jgħid: dnubek maħfur, mur u tidnibx iktar. 3. Il-kobor tal-bniedem jinsab, kif jgħid Sofokle fil-famuż kor tal-Antigone, li kapaċi jfittex lil Alla (hu jsemmi lill-allat). Kultant flok jifhimhom jipprova jsawwarhom kif irid. Id-disinji ta’ Alla diffiċli biex tiddeċifrahom. Il-kmandamenti tiegħu huma rivelati u b’danakollu fihom kriterji li neħtieġ li nifhmu. Ma nikkundannawx lil ħaddieħor b’dawn it-twavel f’idejna, iżda nrażżnu lilna nfusna fuqhom. Huma kmandamenti li r-Raġuni tgħidilna li jorbtuna. Il-moħħ tagħna huwa gwida bħalma hija wkoll gwida ferm aqwa r-Rivelazzjoni, fl-Iskrittura u fit-tagħlim tal-Knisja, immexxija mill-Papa. 4. Il-filosfu Lhudi Maimonides kiteb 800 sena ilu Il-Gwida għall-imfixkel. Aħna għandna d-dawl tat-tagħlim ta’ Kristu, u jekk nimxu fuqu nsibu l-aqwa gwida fit-tfixkil tad-dlamijiet u l-problemi. Għall-Fariżej u l-kittieba ta’ żmienu, Kristu qal li jorbtu qatgħet tqal u jgħidu lil ħaddieħor jerfagħhom waqt li huma ma jmissuhomx b’subajhom. Benedittu mhux Fariżew. Jippriedka lil Kristu, li anzi assigurana li l-piż tiegħu huwa ħafif. 5. Veru li kultant jinħass tant tqil: mur sabbar lil dawk li tilfu lil nieshom f’dawn it-terrimoti. Lil dawk li tilfu kull ma kellhom. Lil dawk bil-ġuħ, bil-għatx, u mtertra bil-bard. Lil dawk li jistennew is-solidarjetà umana u din iddum ma tasal. Iżda t-terrimoti jheżżu l-art u jqanqlu l-mewġ. Ma jheżżux il-fidi, u ġeneralment iqanqlu l-imħabba u l-isforzi tal-għajnuna. It-terrimoti huma prova kbira. Bħal tant diżastri oħra. Idaħħluna f’qoxritna. Iġiegħluna nindunaw kemm aħna żgħar quddiem il-forzi tan-natura. 6. U jħeġġu lil min jistudja u lil min jorganizza l-għajnuna, biex nistgħu nilqgħu aħjar għall-ħsara li jikkaġunaw. Bħat-tbeżbiża tal-mard. Il-biża’ ta’ Alla li nsemmgħu bħala wieħed mid-doni tal-Ispirtu s-Santu, jissarraf f’din il-kuxjenza, li għalkemm aħna dgħajfin, ma aħniex meħlusin mid-dmir li ntaffu l-uġigħ u t-tbatija ta’ ħaddieħor, u li naċċettaw tagħna bir-raġuni. « Ta' Qabel: Innaqqsu r-reżistenza għall-antibijotiċi f'pajjiżna There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


