It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Ċensura: lejn bilanċ u sinteżi ġdida
Opinjoni
Dr Stefan Buontempo MP
Dr Stefan Buontempo MP jikteb dwar il-pożittiv li joħroġ mill-ġemelaġġi li jsiru bejn pajjiż u ieħor.

Mario Tabone Vassallo
Il-liġi tax-Xarija u l-liġi Halakha. Mario Tabone Vassallo jikkummenta. 

John Bencini
Fl-MCESD hemm il-Gvern, min iħaddem u l-unions, iżda dawn tal-aħħar qegħdin fi żvantaġġ, isostni l-President tal-MUT. 

spacer
It-tniġġiż f'Delimara
Evarist Bartolo MP
Il-Power Station f'Delimara: se titħaddem bil-heavy fuel oil flok bil-gass naturali.
Il-Power Station f'Delimara: se titħaddem bil-heavy fuel oil flok bil-gass naturali.
13 ta'Marzu 2010

Minkejja li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għadu ma temmx l-investigazzjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara lill-kumpanija Daniża BWSC, il-Gvern ħallasha €39 miljun u ordna li jinbeda x-xogħol. Qed jgħabbi wkoll lill-Awditur bir-responsabbiltà li jekk dan il-kuntratt jiġi mħassar, l-Enemalta u l-Gvern ikollhom iħallsu b’kollox multi li jistgħu jwasslu għal €300 miljun.

Biex il-kumpanija Daniża BWSC setgħet tirbaħ il-kuntratt kellhom jiġru dawn il-fatti:

Jinbidlu r-regoli tal-logħba, jinbidel il-grawnd, tiċċaqlaq il-lasta biex il-BWSC tiskorja, tingħata daqqa t'id tajba mir-referee u mill-organizzaturi tal-kompetizzjoni.

Ġraw kollha. Mhux ta' b'xejn li Joseph Mizzi, l-aġent lokali tal-BWSC, kien ilu mis-sena 2005, il-fażi pre-tender, jiftaħar li l-kuntatti tiegħu fl-ogħla livelli tal-politika u fl-Enemalta se jrebbħu l-kuntratt lill-BWSC.

F'Ġunju 2006, il-Gvern u l-Enemalta ħabbru li l-impjanti l-ġodda għal Delimara għandhom jaħdmu bil-gass naturali għax aħjar għall-but, għall-ambjent u għas-saħħa tan-nies. Iżda f'April 2009 tħabbar li l-Gvern u l-Enemalta se jagħtu l-kuntratt lill-BWSC għall-impjant bil-makni tad-diesel li jitħaddmu bil-heavy fuel oil, li jipproduċu mill-inqas 30 tunellata skart velenuż kuljum li jiswewlna miljuni ta’ ewro fis-sena biex nesportawh. Se jkollna bżonn nefqa oħra ta' $27 miljun (prezzijiet tal-lum) biex fi ftit snin oħra jinqaleb għall-gass.

Minkejja li l-Gvern kien favur impjanti li jaħdmu bil-gass naturali, wara nofs is-sena 2007 ma għamel xejn biex pajjiżna jinvesti u jkollu l-faċilitajiet meħtieġa għall-provvista tal-gass naturali. Biex hekk bilfors issir l-għażla ta’ impjant jaħdem bil-heavy fuel oil “għax m’għandniex provvista ta’ gass naturali.”

F'Lulju 2008, il-Lahmeyer International (li l-aġent lokali tagħha huwa l-istess Mizzi, l-aġent lokali tal-BWSC) ġiet imqabbda mill-Enemalta bħala referee "indipendenti" u rrikkmandat li l-impjant tal-BWSC, għalkemm prototip li bħalu għadu qatt ma tħaddem fid-dinja, jista’ jkun tajjeb biex inaddaf il-ħmieġ li jikkaġuna l-heavy fuel oil. BWSC u Lahmeyer International bnew mill-inqas tliet power stations flimkien fl-aħħar snin.

It-tliet kumpaniji li se jibbenefikaw mill-kuntratt: BWSC, Wartsila u Lahmeyer International kienu involuti f'każi ta' korruzzjoni fejn xaħħmu uffiċjali tal-gvern u partiti politiċi biex jieħdu kuntratti għall-bini tal-power stations.

Magħhom se jgawdu Joseph Mizzi u Żaren Vassallo, l-eks-sindku Nazzjonalista u sostenitur kbir tal-Partit Nazzjonalista, li se jieħu x-xogħol tal-bini, u li għandu dak li kien iċ-Chairman tal-Enemalta, Alex Tranter, jaħdem miegħu.

L-impjant tal-BWSC li ntagħżel, ingħad li jista' jipproduċi l-iskart velenuż. Tal-Bateman li twarrab, huwa nadif. L-impjant tal-BWSC jipproduċi elettriku bi prezz ogħla minn dak tal-Bateman u dan ifisser kontijiet ogħla tad-dawl u l-ilma. Mela l-għala ntagħżel l-impjant tal-BWSC? Għax f’Malta din il-kumpanija kellha l-aqwa kuntatti “fl-ogħla livelli tal-politika lokali u fl-Enemalta.”

 


 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre