|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
Il-faqar ta' Betleħem jagħmel għani l-bniedem Ugo Mifsud Bonnici 'Il-kultura tas-sewwa hemm bżonn tiġi ristabbilita. Għall-ġid tal-bnedmin kollha.' Jikkummenta Dr Ugo Mifsud Bonnici. Tony Zarb F’pajjiżna 57,440 persuna tinsab fir-riskju tal-faqar. Tony Zarb jikteb dwar dawk li qegħdin jesperjenzaw il-faqar, jew qegħdin fuq l-għatba tal-faqar. Dr Jason Azzopardi MP Għada f’Raħal Ġdid se jiġi inawgurat proġett ta’ tisbiħ li nħoss li qed jikkontribwixxi direttament fit-tisbiħ ta’ din il-lokalità. |
![]() |
Michael Briguglio 6 ta'Marzu 2010Kultant żmien, fl-isfera pubblika terġa’ tqum il-kwistjoni tal-airstrip f’Għawdex. Il-Gvern Nazzjonalista kemm-il darba ppropona jew imbotta ’l quddiem dan l-iżvilupp, iżda f’dawn l-aħħar snin jidher li mewwet il-kwistjoni, almenu fil-pubbliku. Fil-kamp Laburista, l-istrateġija ‘progressiva u moderata’ ta’ Dr Joseph Muscat qed tikkunsidra dan l-iżvilupp mill-ġdid – almenu hekk ġie rrapportat li qal Roderick Galdes fil-MaltaToday, nhar il-Ħadd li għadda. B’hekk jidher li l-Partit Laburista, qed imur lura minn proposta elettorali tiegħu tal-1987, liema proposta kienet ġiet imwarrba mit-tmexxija ta’ Dr Alfred Sant fl-1996, avolja fl-2008 il-Partit Laburista kellu pożizzjoni ambigwa dwar dan l-iżvilupp, fejn jidher li kien favur u kontra fl-istess ħin. Tgħid il-PL biddel ir-rotta biex jintogħġob ma’ interessi kbar privati f’Għawdex? Din l-analiżi għandha tqabbel għażliet bħall-iżvilupp ta’ pont bejn Malta u Għawdex, l-iżvilupp ta’ airstrip; l-użu ta’ ajruplani tal-baħar li jistgħu jiżbarkaw f’postijiet differenti f’Għawdex; u, l-aħħar u mhux l-inqas, titjib fit-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex, per eżempju permezz tar-ri-introduzzjoni tal-hydrofoil, li kien użat anki fil-passat. Dawk favur airstrip għandhom jispjegaw kif se jinġieb il-finanzjament ta’ dan it-tip ta’ żvilupp, u jekk dan jistax ikun vijabbli mingħajr sussidji kbar mill-fondi pubbliċi. Fuq kollox, għandhom jispjegaw min se jibbenefika minn dan it-tip ta’ żvilupp, u jekk il-flus li jintefqu għalih jistgħux jintużaw aħjar għal affarijiet oħra – ngħidu aħna, għall-istrateġija ta’ Eko-Għawdex.
Michael Briguglio huwa Chairperson Alternattiva Demokratika – The Green Party
There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


