It-Temp Illum
Temp: 23°C
5 ta'Settembru 2010
5 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Arroganti u allura inaċċettabbli
Opinjoni
Dr Stefan Buontempo MP
Poplu b’kultura mħarsa u msaħħa huwa poplu li jqim il-wirt li ħallewlu missirijietu, isostni Dr Stefan Buontempo.

Charles Buttigieg
Id-deċiżjoni tal-Arċidjoċesi li tiġi ntrodotta l-verżjoni online ta’ IL-ĠENSillum, kienet pass ’il quddiem li kien wasal żmienu, jikteb Charles Buttigieg. Imma hi l-fehma ta’ ħafna, ikompli, li d-deċiżjoni li IL-ĠENSillum tintemm bħala forma stampata kienet waħda short-sighted.

Ugo Mifsud Bonnici
Jekk temmen tallinja ruħek mas-sewwa. Il-fidi ma tħollokx mid-dmir tas-sewwa: hija l-fidi li torbtok verament, jikteb Dr Ugo Mifsud Bonnici.

Dr Joseph Cassar
Dr Joseph Cassar jikteb dwar l-istatwa fil-bronż, xogħol l-iskultura żagħżugħ Christopher Ebejer, li tpoġġiet dan l-aħħar f'bieb l-Isptar Mater Dei.

Mario Tabone Vassallo
Tassew f'pajjiżna l-imputat magħdud b’innoċenti sakemm ma jinstabx ħati? Il-pulizija mistennija timxi fuq il-liġi jew fuq li jixtieq partit politiku fil-Gvern? jistaqsi Mario Tabone Vassallo.

Patri Mario Attard OFM Kap
Is-sena li għaddiet 78 mara Maltija telgħu l-Ingilterra biex jagħmlu abort. Fl-2008 dawn kienu 38.

spacer
Il-ħanex
Mario Tabone Vassallo
Hemm xebh bejn il-politikant u l-ħanex. . .
Hemm xebh bejn il-politikant u l-ħanex. . .
6 ta'Marzu 2010

Il-ħanex għama jgħix fil-ħama, jiekol il-ħmieġ fiha u wara jgħaddih bħala ħmieġ tiegħu. Iżda dil-vokazzjoni ta’ ġid immens għan-natura. B’għemilu jsawwar mill-iskart demel għammiel li bih tħaddar u twarrad in-natura. Fuq dan, jiddependi kull ħolqien. Il-ħniex, sa jasal jidbaħ lilu nnifsu biex jitma’ lil ħlejjaq oħra. Għal min jaf jagħraf, hemm ġmiel kbir fil-ħanex. Għal min inqas infurmat, ħanex annimal moqżież u maħmuġ.

Hemm xi xebh bejn il-politikant u l-ħanex. Jekk jagħraf u jħaddan tassew l-għan ġenwin tal-istatista, jagħġen l-iskart tal-ħajja u jsawwar minnu tjubija utieqa. Iżda sikwit għama daqs il-bibliku li ma jridx jara, mhux bħal ħanex mogħni b’sensi li jiżbqu l-vista għal fejn Alla poġġih. Dal-jiem, jgħix fil-ħmieġ u jgħaddi ħmieġ agħar minn dak li jkun bela’ u mhux demel siewi, joħloq iktar skart milli kien hemm.

Żgur li ebda politikant tal-lum ma hu se joffri lilu nnifsu għal ħaddieħor. Kieku l-ħniex jagħmlu bħalu u ma jimxux fuq l-għamar tal-Mulej, kieku d-dinja mimlija u fgata biż-żibel. Qed ngħid politikanti, għax ma nfissirx biss it-talin li joħorġu b’maskra lejliet il-vot u jxiddu oħra l-għada tal-elezzjoni. Qed indomm f’serbut mgħawweġ u lagħbien lil dawk kollha fostna li jitgħawġu u jiżolqu fil-ħajja pubblika.

Qed ngħid dan kollu għax nara theddid serju għad-demokrazija tassew f’artna. Demokrazija tassew hi dik fejn iċ-ċittadin, infurmat kemm jista’, jagħżel lil min jafdalu jwettaq l-għażliet taċ-ċittadin għall-ġid tal-istess. F’demokrazija, jaf li ċ-ċittadin ikun jista’ jafda biżżejjed, lil min jgħaddilhom das-setgħat, biex iħalli l-għażla tal-mogħdijiet f’idejhom. Li f’pajjiżna qed negħrqu u nifggħu fl-intejjen hu ħass mifrux.

Spiċċajna b’żewġ gruppi ta’ unjonijiet. Waħda, b’tixrik ma’ għaqdiet oħra ta’ nies mhux impjegati, magħduda li tgħaddi kulma jgħid il-Gvern b’manna mis-sema. Il-grupp l-ieħor impinġi bħala għadu għama tal-Gvern. Ma nitgħallmu qatt. Ġa konna hawn xi 30 sena ilu; tifrik ġab.

Ma nafx kif Gvern serju jista’ qatt ma jkellimx unjonijiet fil-qafas maħluq għal dan il-għan, meta dawn jitkellmu f’isem eluf kbar ta’ ħaddiema. Tad-daħq tipprova tpinġi unjin bħal dik tal-għalliema, u oħrajn, bħala kontra l-Gvern minn senduqha, meta l-istorja tagħha tixhed il-kontra. Dil-manipulazzjoni tal-proċess demokratiku ta’ għajb kbir.

Nara theddid serju għax l-ilħna li suppost jixhdu ħsieb ħieles, fil-fatt sikwit joħorġu minn ħluq mibjugħa. Ma jienx nirreferi għall-mezzi tax-xandir u tal-pubblikazzjonijiet marbutin bil-miftuħ ma’ partit jew ieħor, u lanqas għall-pubblikazzjonijiet ta’ unjin waħda partikolari li tradizzjonalment twaħħdet ma’ partit minnhom.

Qed nirreferi għal pubblikazzjonijiet mirgħuna fis-sotor, illum mikxuf xi ftit, lil partit minnhom. Qed niġbed l-attenzjoni għal mezzi tax-xandir infilsati minn aġenti ta’ partit jew ieħor bil-għan li, b’mantar ta’ ħlusija tal-ħsieb, ikunu eku biss ta’ kliem partit jew ieħor. Irrid nixli wkoll lil xandara u kittieba li jippretenduha ta’ ħassieba ħielsa u xhieda tas-sewwa, meta fil-fatt huma laħam mibjugħ u jinten għax bla ħajja.

Id-demokrazija taf tinqatel b’daqqa ta’ sejf kif kienet mhedda f’pajjiżna xi 30 sena ilu. Iżda dil-ġerħa tagħrafha mal-ewwel u tista’ tfejjaqha. Id-demokrazija sikwit tinqatel b’semm fin li jivvelena bil-moħbi billi jnawwar l-istituzzjonijiet sisien tagħha. Xhieda ta’ dan kellna mill-Qrati ’l isfel. Fejn jintebaq il-fomm ħieles, tinqered id-demokrazija. Nisrani tassew, dan ibarrih.
 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
Name
E-Mail
Comment:
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre