|
Qiegħed tara ħarġa arkivjata. Klikkja hawn biex tara l-ħarġa preżenti.
Kummerċ u EkonomijaKulturaSportsGħawdexAvviżiIl-Ħajja MadwarnaReliġjonDivertiment u midjaL-Ittri TagħkomAħbarijietVjaġġar Fr John Avellino
In-numru hu iżjed importanti mid-drittijiet tal-bniedem? Dr Stefan Buontempo MP Aktar ma nieħdu ħsieb inrawmu l-festi tagħna b’attenzjoni, aktar inkunu qed inwittu t-triq għal ġejjieni aħjar fejn mhux biss il-festi ma jaqgħux lura, imma jkomplu jissaħħu u jserrħulna rasna li l-poplu tagħna se jibqa’ jifraħ f’għaqda sħiħa fil-ħarsien ta’ l-identità tagħna. Patri Mario Attard OFM Kap Tiziana Rocca hija omm b’saqajha mal-art għax għażlet lill-Mulej u l-valuri tiegħu bħala s-sisien ta’ ħajjitha u ħajjet il-familja tagħha. Maġistrat Joe Cassar Il-Maġistrat Joe Cassar jaqsam mal-qarrejja aktar kotba li qara dan l-aħħar. |
![]() |
Gejtu Vella 6 ta'Frar 2010Il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar 2010. Bħal kull jum ieħor il-ġurnali kollha kellhom l-aħbarijiet tagħhom. Kif hu mistenni, ipoġġu l-aktar aħbar importanti fl-ewwel paġna. Hekk xieraq, l-aħbar speċjali fl-ewwel paġna tmur. Il-ġurnal tal-General Workers’ Union, L-Orizzont, mhux anqas. Fl-ewwel paġna tiegħu b’ittri kbar xerred l-aħbar ħażina "Il-pjani ta’ 'investiment futur' fil-Freeport", iżda b’ittri akbar "Sensji Minflok Impiegi". Naturalment, biex jispjega aħjar il-messaġġ li ried iwassal il-ġurnal tal-GWU, ritratt sabiħ tat-Terminal tal-Freeport mill-ajru. Il-ġurnalista tal-ġurnal tal-General Workers’ Union fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont b’ittri kbar għamel fatt dak li kien ħlieqa: “Sensji Minflok Impiegi”. Xi ħadd, jekk jeżisti, għarraf lill-ġurnalista tal-GWU li l-Malta Freeport se tagħti 30 sensja. Il-ġurnalista mid-dehra ma ndunax li dik l-informazzjoni kienet biss ħlieqa ta’ xi ħadd li jieħu pjaċir jinkwieta bla bżonn lill-ħaddiema. Il-ġurnal L-Orizzont bħal donnu jkun kuntent jintuża biex ixerred xniegħa li post tax-xogħol sejjer lura, u konsegwenza ta’ hekk se jagħti s-sensja lill-ħaddiema. Il-ġurnalista tal-GWU, minflok għażel li jivverifika l-informazzjoni li kellu mas-sidien tal-kumpanija, għażel li jagħmel storja mibnija fuq xniegħa li xi ħadd malinn għoġbu jxerred. Hu fatt magħruf minn kulħadd li r-riċessjoni nternazzjonali u l-kriżi ekonomika nternazzjonali waslet ukoll f’pajjiżna. Dan qed nesperjenzawh kuljum. Ir-riċessjoni f’uħud mill-postijiet tax-xogħol ħalliet il-marka tagħha, filwaqt li f’oħrajn, il-marka tar-riċessjoni kienet akbar għax wasslet biex ħaddiema tilfu l-impieg tagħhom. Dan minħabba nuqqas ta’ ordnijiet. Tajjeb li hawn jingħad ukoll li saru diversi interventi biex ġew salvati diversi postijiet tax-xogħol, b’intervent f’waqtu min-naħa tal-Gvern. Minkejja l-isforzi ta’ bosta, mhux kollox ward u żgħar. Sa issa qed nipprova ninsisti miegħi nnifsi biex nifhem kif il-ġurnal tal-General Workers’ Union jagħżel biex jagħmel storja bħal din tas-sensji fl-ewwel faċċata tal-ġurnal tiegħu mingħajr ma jkun fittex il-fatti. Tajjeb li nkunu nafu r-raġuni għalfejn il-ġurnal tal-Union jagħżel li jieħu din it-triq. Fl-opinjoni tiegħi, dan hu fost l-agħar kwalità ta’ ġurnaliżmu. Ġurnaliżmu spekulattiv maħsub biss biex jagħmel il-ħsara u jbeżża’ l-ħaddiema bis-sensja, u jħajjar kumpaniji u xi sidien li, għal raġunijiet differenti, jaslu biex jheddu l-ħaddiema tagħhom bis-sensja. Gejtu Vella huwa s-Segretarju Ġenerali UĦM
« Ta' Qabel: Ħsibijiet mill-Ħondoq tat-Thewdin There are no comments yet. Use the link above to add your own. |
![]() |
![]() |


