It-Temp Illum
Temp: 25°C
8 ta'Settembru 2010
8 ta'Settembru 2010
Editorjal
Fr John Avellino
Diżgwid fil-Kunsilli fil-perspettiva
Opinjoni
Dr Joseph Cassar
Il-Bereġ joffru servizz ta’ infermiera u tobba għal ftit sigħat fil-ġimgħa biex jaqdu l-bżonnijiet mediċi bażiċi taż-żona. Is-servizz huwa b’appuntament iżda walk-ins jinqdew ukoll.

Michael Briguglio
Il-każ ta' Troy Davis fl-Istati Uniti tal-Amerika hu wieħed tassew ta’ sogħba, speċjalment meta jidher li skond Amnesty, dan hu każ mimli dubji, żbalji u preġudizzji.

Gejtu Vella
Bis-saħħa tal-Istituzzjonijiet u r-regoli tal-Unjoni Ewropea l-poplu Malti u Għawdxi se jkun jaf il-fatti dwar il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara. Kuntratt li minflok ġab l-entużjażmu ta’ proġett ġdid ieħor għall-pajjiż, ġab ħafna mistoqsijiet u suspetti. Iż-żmien jagħti parir.

Patri Mario Attard OFM Kap
Madre Teresa, soru ċkejkna fid-daqs imma ġganta fil-qdusija. Skont stħarriġ Gallup li kien sar fil-ħarifa tal-1999, Madre Teresa ġiet ivvutata bħala l-iktar persuna ammirata tas-seklu għoxrin fl-Istati Uniti.

Maġistrat Joe Cassar
Il-Maġistrat Joe Cassar jaqsam mal-qarrejja tagħrif dwar xi kotba li qara dan l-aħħar.

spacer
Ġimgħa Nazzjonali għal tnaqqis fil-melħ
Dr Joseph Cassar
Il-melħ li jintuża waqt l-ikel
Il-melħ li jintuża waqt l-ikel
Il-melħ moħbi fil-preżervattivi
Il-melħ moħbi fil-preżervattivi
6 ta'Frar 2010

Id-Diviżjoni tas-Saħħa, permezz tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni ta’ Mard, flimkien mal-Għaqda Dinjija dwar is-Saħħa u l-Melħ (World Action on Salt and Health) ħa ħsieb li jorganizza, għat-tieni darba, Ġimgħa Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Melħ.

Illum kulħadd jaf bir-relazzjoni ta’ bejn il-melħ u l-pressjoni għolja, li hi problema kbira magħna l-Maltin. Fil-Health Interview Survey li sar is-sena l-oħra nafu li 23 fil-mija tan-nisa u 22 fil-mija tal-irġiel adulti jbatu bil-pressjoni. Nies li jbatu minn pressjoni għolja għandhom riskju ta’ attakk tal-qalb jew puplesija tliet darbiet iktar minn dawk li ma għandhomx pressjoni għolja.

Pressjoni għolja tista’ wkoll tirriżulta fi problemi fil-kliewi. Meta wieħed inaqqas il-melħ fid-dieta tiegħu, b’effett immedjat wieħed jara tnaqqis fil-pressjoni tiegħu u b’hekk ikun hemm inqas riskji ta’ ċerti problemi.

Skond il-‘World Action on Salt and Health (WASH)’, meta wieħed inaqqas il-konsum tal-melħ bi 2.5g fil-ġurnata, ikun qiegħed inaqqas bi kwart ir-riskju ta’ problemi ta’ qalb u puplesiji. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħid li wieħed ma għandux jikkonsma iktar minn 5g ta’ melħ kuljum, u dan għandu jkun ħafna inqas fit-tfal.

Fi studju li sar fl-2002 (Health Interview Survey) ħareġ li 47 fil-mija tan-nies jużaw il-melħ biex isajru bih u 23.73 fil-mija jżidu l-melħ waqt l-ikel. Wieħed ukoll ma jistax jinsa li barra mill-melħ li jintuża waqt l-ikel, ħafna mill-melħ li jiġi kkonsmat huwa dak li ngħidulu melħ moħbi, u dan insibuh speċjalment f’ikel proċessat.

Wieħed dejjem għandu jħares lejn il-lista ta’ ingredjenti u jkun ċert li qabel jixtri xi ħaġa x’jiekol, jagħżel prodotti mingħajr melħ (salt free) jew inkella baxxi fil-melħ.

Dr Joseph Cassar hu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa


 




Kummenti
» Ikteb kumment ġdid
There are no comments yet. Use the link above to add your own.
spacer
Media Centre